IKOMPLU JIZDIEDU L-IMPJIEGI FIS-SETTUR TA' L-ASSIGURAZZJONI
F'dawn l-aħħar ħames snin kienet registrata żieda ta' 202 impjieg fis-settur ta' l-assigurazzjoni f'Malta, li jfisser żieda ta' kważi 33 fil-mija. Bħalissa, dan is-settur qed jipprovdi impjieg lil madwar 818-il persuna, u allura qed ukoll jagħti sehem importanti lill-ekonomija tal-pajjiż.
Dan qalu l-Ministru għas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici meta l-lejla inawgura ufficjalment l-ufficcju principali ta' l-agenzija gdida ta' l-assigurazzjoni Day to Day Insurance Agency Ltd, f'Birkirkara. Din l-Agenzija, li se toffri servizzi aktar personalizzati u specjalizzati ta' assigurazzjoni, tifforma parti mill-Price Club Group.
Il-Ministru Bonnici fakkar li l-qasam ta' l-assigurazzjoni llum jifforma parti mis-settur tas-servizzi finanzjarji, li qed jagħti kontribut sostanzjali lill-ekonomija tal-pajjiż tant li jikkontribwixxi tmienja fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross. Il-valur miżjud totali qed jiżdied bi tliet darbiet il-medja nazzjonali u qed joħloq waħda minn kull ħames opportunitajiet godda ta' xogħol. Bla dubju li għal dan l-iżvilupp fis-settur tas-servizzi finanzjarji qed jagħti sehem importanti ħafna l-qasam ta' l-assigurazzjoni.
Hu semma wkoll, fl-istess ħin, it-tibdil li għaddej minnu l-qasam ta' l-assigurazzjoni fid-dinja kollha, fejn ħafna kumpanniji qegħdin jingħaqdu u oħrajn jinxtraw minn kumpanniji akbar bir-riżultat li filwaqt li jsir tisħiħ, l-għadd ta' kumpanniji li joffru prodotti ta' assigurazzjoni qed jonqos. Din il-konsolidazzjoni irriflettiet ruħha wkoll lokalment.
Fil-preżent, kompla l-Ministru Bonnici, hawn 26-il kumpannija barranija awtorizzati li jinnegozjaw fl-assigurazzjoni f'Malta. Din ic-cifra turi tnaqqis ta' disa' kumpanniji fuq dawk li kien hawn fl-1996.
Il-Ministru Bonnici qal li kemm minħabba dawn l-iżviluppi kif ukoll frott tal-liberalizzazzjoni li seħħet f'dan il-qasam fil-bidu tas-snin disgħin, l-agenziji lokali ta' l-assigurazzjoni għarfu l-ħtiega li jsiru aktar professjonali u aktar kompetittivi.
Hu ħeggeg kemm lill-kumpanniji principali kif ukoll lill-agenziji biex jibqgħu juru l-istess professjonalit'? għaliex il-lum, li hawn aktar għażla u aktar nies qed jiksbu xi forma ta' assigurazzjoni, dawk li jmorru biex jidħlu f'assigurazzjoni jfittxu l-fiducja f'dawn li jbiegħu l-prodott. Għaldaqstant hu importanti wkoll li s-settur jirregola lilu nnifsu biex jipprotegi lill-konsumatur u biex ukoll joffri din il-fiducja.
Il-Ministru Bonnici semma wkoll li l-Gvern hu konxju tal-problema li jiltaqgħu magħha kumpanniji żgħar minħabba ittardjar fil-ħlasijiet fi transazzjonijiet kummercjali. Hu qal li l-Gvern qed jieħu l-inizjattiva permezz tal-Ligi dwar il-Promozzjoni tan-Negozju, li għadha kemm għaddiet mill-Parlament, biex ikun facilitat il-process li bih il-banek jitħajru jidħlu huma għall-gbir ta' flus mingħand kumpanniji akbar. B'hekk jista' jkun hemm żvilupp pożittiv fil-cash flow tal-kumpanniji ż-żgħar li jkunu f'qagħda aħjar li jigbru l-flus dovuti lilhom.
Fl-aħħarnett, il-Ministru Bonnici awgura kull success lid-Day to Day Insurance Agency u stqarr li m'għandu l-ebda dubju li f'dan il-qasam ta' negozju, is-sidien tal-Price Club Group se jibqgħu juru l-istess dedikazzjoni lejn u joffru l-istess kwalit'? ta' servizzi lill-klijenti tagħhom li huma magħrufa għalihom f'oqsma oħra tan-negozju.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN