Left arrow Go Back

PUNTI MID-DISKORS TA? L-ONOR. MICHAEL REFALO, MINISTRU GHAT-TURIZMU, GHALL-PREZENTAZZJONI TAT-TRAVEL TRADE DIRECTORY

pr0244
Date Icon 22/02/2001

Dak li nahseb dwar din il-publikazzjoni ssibuh fil-messagg li ktibt u li jidher fih.

Dak li jixhed dan il-ktieb trid volumi biex tiktbu.

Fil-qosor dan mhux ktieb li jirreklama biss is-servizzi li joffri s-settur turistiku izda fuq kollox, pagna wara pagna, jaghti xhieda tal-wirt storiku u kulturali li jzejjen lill-gzejjer Maltin, u johrog fic-car hafna minn dak li jaghmel Malta u Ghawdex differenti minn bnadi ohra.

Fic-cokon, hu ritratt ta' hafna aspetti tal-identit'? nazzjonali taghna l-Maltin u l-Ghawdxin.

Ahna razza li donnu naraw ta' haddiehor dejjem isbah u ahjar minn taghna, ma nieqfux nikkritikaw lilna nnifisna, donnu aktar ma nsawtu lilna nnifisna aktar niehdu pjacir.

Ma nghidx li m'hemmx fejn it-titjib hu mehtieg izda meta t-tajjeb u s-sabih niehduh dejjem for granted inkunu qed naghmlu dispett u hsara lilna nfusna.

Dan id-direttorju jfakkarna dwar hafna minn dak li ghandna, li jehtieg nghozzu u niftahru bih, li jehtieg inharsu ferm ahjar.

Niftakar li meta pajjizna ha l-ewwel passi fit-turizmu kien thejja brochure li jgib it-tema "Il-gzejjer tax-xemx u ta' l-istorja".

Dak iz-zmien il-Gzejjer Maltin kienu destinazzjoni gdida u t-turizmu flok tal-massa, kif kellna l-aktar fis-snin sebghin u sa xi snin ilu, kienu nies li zaruna biex waqt li jistriehu u jiddevertu, jaghmlu wkoll esperjenza miz-zjara taghhom.

L-ispluzjoni fis-suq tal-package travel dahhlitna fis-suq tal-massa u kien f'dak iz-zmien li sirna hatja ta' hsara u sfregju li ma nistghux inhassru. Kien zmien meta l-parti tal-istorja ntesiet u l-enfasi ntefghet fuq ix-xemx bil-prezz jikkmanda kollox.

Il-bidliet u l-izviluppi li gabet maghha l-globalizzazzjoni qed iwasslu biex f'pajjizna tassew nergghu niznu tajjeb u nivvalorizzaw is-siwi ta' dik l-enfasi fuq l-istorja li min bena l-pedamenti tat-turizmu f'Malta ghazel li jaghmel.

Ergajna ghall-gheruq. Dorna dawra shiha. Konna tlifna t-triq u ergajna sibniha. Forsi hi n-necessit'? li wasslitna ghal virt'?. L-importanti hu li ma nergghux nitilfu t-triq.

Aktar ma jghaddi z-zmien minn fuq din il-massa, li ghall-tant snin bhal merhla ttiehdet fejn riedu l-operaturi l-kbar, dik il-massa qed tinstilet f'ghadd ta' individwi, li b'aktar esperjenza fis-safar, tghallmet taghzel hi flok toqghod ghall-ghazliet ta' haddiehor.

Dan wassal ghal bidla fl-strategija ta' l-istess operaturi tal-massa, li llum akbar minn li qatt kienu, qed jinsistu aktar fuq kwalit'? u servizz ahjar, u lesti jhallsu ghalih, ghax fehmu li issa d-decizjonijiet m'ghadhomx taghhom biss izda tal-klijenti taghhom ukoll.

Ghalhekk l-interess f'specjalizzazzjoni f'nicec specifici, li mhux biss ihallu aktar qligh izda jwessghu l-istagun, jaghtu kontribut u jqajjmu nteress lil dak li tassew jaghmel post differenti minn iehor, lill-ambjent, lid-drawwiet u l-kulturi differenti.

Is-sena li ghaddiet irnexxielna ghal darb'ohra nattiraw aktar turisti minn qatt qabel. Meta l-kompetituri kollha kienu qed jithabtu ghall-istess suq, meta hadd ma gawda mill-ghawg ta haddiehor, li ksibna fl-2000 m'ghandux mertu zghir.

Hu mertu kbir ta' kull minn hadem ghalih. Miz-zghir 'il fuq. Kull min ta kontribut ghandu bicca minn dak il-mertu. Sew min wettaq kif ukoll min wassal il-kelma f'Malta u 'l boghod minnha.

Kif qed jaghmel dan id-direttorju, kif taghmel l-Air Malta, li fl-UE jkollha gejjieni isbah u tkun aktar ghodda siewja minn li hi llum ghall-progress tal-industrija biex it-turizmu jkompli jkattar izjed gid fuq Malta u l-Maltin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow