IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI IQASSAM 'APPOINTMENTS' FIL-QASAM TAL-ANZJANI
L-Onor. Antoine Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, illum qassam ċertifikati ta' hatra lill-impjegati tad-Dipartiment tal-Harsien ta' l-Anzjani.
Il-ħatriet jikkonsistu:-
1 Home Care Centre - Head of Home
3 Physiotherapists
7 Nursing Aides
Care workers.
B'dawn il-ħatriet 'odda, il-Gvern preżenti qed juri bil-fatti kemm għandu ghal qalbu l-interess tal-anzjani. Dawn ser jaħdmu fid-djar ghall-Anzjani tal-Gvern u gewwa r-Residenza San Vincenz de Paul. Zgur illi, permezz ta' dawn il-hatriet godda, is-servizz li jinghata lir-residenti anzjani ser jitjieb.
Il-Gvern jemmen fl-investiment fil-qasam ta' l-anzjani. Investiment kemm fir-rizorsi umani, kif ukoll fl-infrastruttura ta' bini adekwat għaz-zminijiet tal-lum.
L-Onor. Mifsud Bonnici habbar ukoll inizjattivi 'odda 'ewwa r-Residenza San Vincenz de Paul. Żewg dati importanti fil-qasam ta' l-Anzjani f'Malta zgur ser ikunu s-Sibt, 3 u l-Hadd, 4 ta' Marzu, 2001.
Dak li qed jitqies bhala l-progett tal-Millenju 'ewwa r-Residenza San Vincenz de Paul ser jigi inawgurat mill-Prim Ministru, l-Onor Eddie Fenech Adami, nhar is-Sibt, 3 ta' Marzu. Il-Blokk "SERENITY WARDS" li l-ispiza taghhom issa telghet ghal aktar minn Lm 1.5 miljun ser jilqghu 120 resident anzjan.
Is-Segretarju Parlamentari habbar ukoll li nhar il-Hadd, 4 ta' Marzu ser jigi inawgurat 'DAY CENTRE' ghall-Anzjani 'ewwa Hal Luqa. Dan iċ-Ċentru li jinsab fi Triq il-Ġdida, huwa pro'ett iehor b'kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-Kunsill Lokali ta' Hal Luqa.
Dan huwa l- ghaxar 'DAY CENTRE' tal-Gvern fejn jattendu madwar 900 anzjan u anzjana.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN