STQARRIJA MILL-MINISTERU TA? L-EDUKAZZJONI DWAR GHAJNUNA FINANZJARJA LILL-ISTUDENTI TA' L-UNIVERSITA'
L-istudenti jiehdu Lm1560 aktar taht is-sistema prezenti
Il-fatti dwar il-kritika li qed issir fuq id-decizjoni tal-Gvern in konnessjoni mat-tibdil fl-iskema tax-xoghol fis-sajf ghall-istudenti ta' l-Universita' (Students Remuneration for Summer Projects) huma dawn:
Il-Gvern qed jagixxi fuq il-konkluzjonijiet tar-Rapport "Student Stipend Scheme - 1999". Dan ir-rapport kien sar b'konsultazzjoni shiha ma' l-ghaqdiet ta' l-istudenti.
L-iSkema ta' Xoghol fis-Sajf, u l-'Ghotjiet ta' Manteniment' (Stipendji) huma zewg skemi differenti u bi skopijiet differenti.
Ix-xoghol ghall-istudenti kien parti integrali mill-iskema Student-Haddiem tal-Gvern immexxi mill-Partit Laburista ta' qabel l-1987. Fil-1987/88 il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kien abbolixxa din l-iskema u minflok kien introduca l-iskema ta' l-istipendji. Apparti l-istipendji, il-Gvern kien holoq ukoll skema ta' xoghol fis-sajf ghall-istudenti ta' l-Universita'.
Kien il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista li fl-istess zmien li dahhal sistema gdida li naqqset l-istipendji ta' l-istudenti, fil-1998 beda jnaqqas l-ispiza ghax-xoghol fis-sajf ta' l-istudenti minn Lm800,000 ghal ftit aktar minn nofs miljun lira.
Illum student ta' l-Universita' li jaghmel kors ta' erba' snin jiehu total ta' Lm3360, medja ta' Lm 840 fis-sena. Bis-sistema li kien dahhal il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista l-istess student kien jiehu Lm1800, medja ta' Lm 450 fis-sena, Lm390 inqas. Fuq firxa ta' kors ta' erba' snin, student illum jiehu Lm1560 iktar.
Bl-istipendju li kien introduca l-Gvern immexxi mill-Partit Laburista flimkien mad-dhul nett ghal xoghol fis-sajf l-istudenti ta' l-Universita' xorta kienu jaqbdu anqas (b'Lm168) milli qed jiehdu illum bis-sistema ta' l-Ghotjiet ta' Manteniment (Maintenace Grants) introdotta min dan il-Gvern.
Il-Gvern mhux talli ta lill-istudenti stipendju shih, jigifieri mhux maqsum nofs ghotja u nofs self, izda jekk nergghu niehdu l-ezempju ta' student li jsegwi kors ta' erba' snin (il-maggoranza tal-korsijiet fl-Universita' ta' Malta huma bejn 3 u 4 snin) dan kien jiehu Lm3283 (meta tnehhi l-bolla) bis-sistema ta' qabel l-1997, u Lm3360 illum. Dan ifisser li effettivament l-istudent illum jiehu f'idejh aktar flus milli bis-sistema ta' qabel l-1997. Din id-differenza tikber meta l-korsijiet ikunu ta' tliet snin.
Intqal ukoll li l-ispiza li qed johrog il-Gvern illum toqrob hafna lejn l-ispiza li kien se johrog il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista wara l-bidla li dahhal fis-sistema ta' l-istipendji fl-1998. Taht dik is-sistema il-Gvern kien johrog anqas minn Lm2 miljuni ghall-istudenti ta' l-Universita'. Issa l-Gvern qed jonfoq aktar minn Lm5 miljuni fis-sena.
Wiehed ghandu jiftakar ukoll l-ghotjiet specjali ghal certi korsijiet (p.ez. B.Educ bi specjalizazzjoni fil-kompjuters) fejn jinghataw Lm30 addizjonali fix-xahar u fl-ghajnuniet li jinghataw taht is-'Supplementary Maintenance Grants Scheme' li minnha jibbenefikaw numru sostanzjali ta' studenti li huma aktar fil-bzonn. Taht din l-iskema student l-Universita' jiehu Lm120 fix-xahar minflok Lm60. Din l-iskema ma kinetx tezisti qabel.
Numru kbir ta' studenti fl-Universita' lanqas biss japplikaw biex jiehdu sehem fil-progett ta' xoghol fis-sajf li offra l-Gvern. Fis-sajf tas-sena l-ohra, mill-5700 student eligibbli applikaw biss 1656 student (29%) u hadmu 1184 student (21%) ghax numru rtiraw l-applikazzjoni. Dan kien ifisser li lanqas applikaw bizzejjed studenti biex jintefaq il-vot kollu ta' Lm300,000.
Il-Gvern hu wkoll konxju tal-htiega li l-istudenti jiksbu esperjenza u gharfien ta' l-etika tax-xoghol. Hu car li dan l-iskop jintlahaq ahjar jekk l-istudenti jigu inkoraggiti jfittxu xoghol ghas-sajf fis-settur produttiv u privat, kif diga' qed jaghmlu mijiet ta' studenti.
F'dawk il-korsijiet fejn l-esperjenza prattika hija essenzjali f'xi parti tal-kors ghal kisba tal-kwalifici akkademici, u din l-esperjenza tista' tinkiseb biss fis-settur pubbliku (per ez. Studenti-Ghalliema, Studenti-Nurses, Studenti-Tobba) allura l-Gvern, kif diga' qed jaghmel, jikkonsidra l-ispiza mehtiega ghall-ippustjar (placing) ta' dawn l-istudenti fl-oqsma tax-xoghol relattivi li jaqghu taht it-tmexxija tieghu.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN