SKOLA SPORT 2001 F?GĦAWDEX
Nhar isSibt, 17 ta' Frar, 2001 'iet organizzata, għattieni darba f'Għawdex, Skola Sport filKumpless Sportiv t'Għawdex.
Lgħanijiet prinċipali ta' Skola Sport huma li tintroduċi lil tfal u studenti ta' bejn is7 u s16il sena liddinja ta' lisports u li tippromwovi lisports bħala mezz ta' edukazzjoni, formazzjoni u fuq kollox dixxiplina personali. Flistess ħin, Skola Sport tfittex li ttejjeb illivelli ta' dawk li jipprattikaw lisport għallgost, għassaħħa jew għallkompetizzjoni.
Din issena ttfal li ser jipparteċipaw fi Skola Sport għandhom għażla minn tlettaxil dixxiplina sportiva differenti. Dawn jinkludu lkickboxing, table tennis, artistic gym, handball, karate, lawn tennis, basketball, educational gymnastics, spirit combat, volleyball u għallewwel darba baseball u field hockey. Dawn iddixxiplini sportivi ser ji'u mgħallma minn instructors differenti, magħżula minn persuni kkwalifikati f'dixxiplini diversi, fosthom studenti Universitarji li għandhom bħala su''ett ewlieni lEdukazzjoni Fiżika. Din issena, liskola ta' lgħawm ser issir fixxhur tassajf.
Skola Sport 2001, organizzata millGozo Sports Complex, laqgħet applikazzjonijiet għal madwar erba' mitt student li minn nhar isSibt, 17 ta' Frar bejn id9.00a.m. u 12.00p.m. bdew jiffrekwentaw iddiversi sessjonijiet ta' taħri' sportiv filKumpless Sportiv t'Għawdex.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN