DISKORS MILL-ONOR. EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI, WAQT SEMINAR DWAR IL-HTIEGA TA? L-ORGANIZZAZZJONI TAS-SETTUR KUMMERCJALI
Illum huwa fatt li għalina bħala settur kummerċjali f'dan il-pajjiż għandna deċiżjoni nieħdu.
Madwarna għaddejja bidla kontinwa li ftit li xejn għandna xi kapaċita' li nikkontrollaw jew nillimitaw l-effett tagħha fuq il-kwantita' tan-negozji żgħar tagħna.
Ir-rivoluzzjoni siekta li qed isseħħ madwarna tajniha l-isem ta' ‘globalizzazzjoni'. Kelma li issa drajna, iżda jiddispjaċini ninnota li ftit li xejn qegħdin naħsbu bis-serjeta' dwar l-effett li tista' tħalli fuqna kemm–il darba ma nkunux lesti li nilqgħu għall-isfidi li ''ib magħha din l-evoluzzjoni fil-mod ta' kif qiegħed isir il-kummerċ. Persważ li dan id-diskors smajnih kemm-il darba u konxji ta' dak li jista' jseħħ b'effett ta' din il-bidla.
'?alhekk nipprentendi li lkoll nifhmu l-ħtie'a li biex nilqgħu għal dawn l-isfidi rridu niddeċiedu li nagħtu aktar importanza għall-organizzazzjoni tan-negozji tagħna.
Żgħar kemm aħna żgħar, 'ejjin minn liema settur 'ejjin, neħtie'u li nifhmu li llum is-suċċess tagħna mhux ser ikun ir-riżultat ta' kif sejrin fis-suq lokali biss iżda ta' kif sejrin insalvaw f'suq dinji.
L-impenn biex insalvaw jgħinna nħarsu madwarna u naraw x'deċiżjonijiet li rridu nieħdu biex nilqgħu għall-isfidi. Nemmen li t-triq tas-suċċess hija l-Kompetittivita' b'Innovazzjoni.
Is-Suċċess tas-suq illum aktar mill-bieraħ ser ikun iggarantit kemm-il darba nikkompetu. Il-kompetizzjoni kważi saret bla limitu, u minkejja il-li'ijiet li għandna biex inħarsu l-kompetizzjoni 'usta, naħseb li għad irridu nifhmu iżjed l-importanza ta' dawn ir-regolamenti. Ir-regolamentazzjoni tipprote'i lis-settur kummerċjali mill-kompetizzjoni n'usta.
Ser nuru li kapaċi nikkompetu wkoll kemm-il darba nkunu nnovattivi.
Bħala pajjiż qegħdin nintroduċu li'ijiet b'kunċetti nnovattivi. L-innovazzjoni ma hijiex su''ett biss għas-settur kummerċjali, iżda bħala pajjiż flimkien irridu naraw kif ser inkunu kompetittivi u li l-għażliet li rridu nagħmlu, proprju jridu jwassluna biex insaħħu l-kompetittivita'.
Il-Business Promotion Act hija fiha nnifisha li'i nnovattiva għal pajjiżna u s-settur kummerċjali tagħna. Qegħdin norganizzaw proprju din il-laqgħa biex flimkien nifhmu iżjed il-ħtie'a li kemm-il darba rridu nsaħħu l-kompetittivita' tagħna bħala ntrapriża waħda, allura rridu naraw li nadottaw il-mentalita' għal dawn il-li'ijiet innovattivi.
Meta qegħdin nintroduċu dawn il-li'ijiet, qegħdin innaqqsu d-differenza, l-iżvanta'' li s-settur kummerċjali kellu mas-settur kummerċjali f'pajjiżi 'irien li huma l-kompetituri ewlenin għas-settur kummerċjali Malti.
Il-Business Promotion Act hija waħda mil-li'ijiet li fiha nnifisha hija ta' vanta'' għas-settur kummerċjali Malti u għandha tiggarantixxi li l-policy għall-għajnuna finanzjarja ma tibqax iżjed waħda li faċilment nista' ngħid diskriminatorja kontra l-investiment lokali.
Din il-li'i hija vanta'' prattiku li di'a' ser inkunu qegħdin ingawdu mill-bidliet li 'abet u dan kollu grazzi għall-proċess ta' sħubija li pajjiżna għandu ma' l-Unjoni Ewropeja.
Din il-li'i bl-emendi u bil-klawsoli 'odda li ntroduċiet minflok il-li'i ta' l-I.D.A. li kellna, hija pass 'il quddiem lejn l-iżvilupp kumerċjali ta' pajjiżna.
Hija li'i nnovattiva li rridu nifhmu l-obligazzjonijiet li titlob minna. Biex din il-li'i tkun suċċess, mhux biss trid tkun amministrata tajjeb, iżda rridu nkunu kapaċi nersqu 'l quddiem u nużawha. Biex dan iseħħ irridu għaldaqstant naraw li nifhmu iżjed il-ħtie'a li jkollna n-negozju tagħna organizzat.
Din hija li'i li tikkonferma li l-Gvern huwa mpenjat li jara li jgħin lis-settur kummerċjali jwassal biex jikkompeti aħjar. Dan huwa l-mod 'did ta' protezzjoni li s-settur kummerċjali jeħtie'. Mhux protezzjoni mil-latt tal-li'ijiet li jipprojbixxu jew jillimitaw il-kompetizzjoni, iżda li jaraw li s-settur kummerċjali jikkompeti aħjar u bl-istess għajnuna bħalma jista' jkollu l-imprenditur ta' pajjiż membru fl-U.E.
Hija li'i li ma tagħmel l-ebda għażla diskriminatorja bejn min qiegħed jaħdem fis-settur lokali jew għall-esportazzjoni, jekk hux negozju kbir jew żgħir kemm-il darba qiegħed fil-manifattura u għandu proċess ta' manifattura li jinvolvi l-manifattura tal-prodott b'valur miżjud.
Waħda mill-iżjed klawsoli nteressanti li għandna bla dubju ta' xejn hija il-late payment provision li toffri l-opportunita' li naqtgħu l-vizzju ta' min dara l-mentalita' li jista' ma jħallasx fil-pront għaliex jista' jżomm il-flus tiegħu għandu u jibqa' jieħu l-interessi fuqhom u kważi kellna min beda jirra'una li aħjar ma jħallasx fil-pront għaliex jaqbillu.
Il-ħlas tal-kontijiet għall-prodotti jew servizzi fil-pront jew fl-inqas żmien possibbli tista' twassal biex i''ib f'diffikultajiet finanzjarji lin-negozji li nista' ngħid bla ma jkollhom ħtija jkunu wasslu biex xi ħadd ma ħallashomx. Hawn irid ikollna l-kultura li meta nagħmlu il-ftehim tal-bejgħ ikollna sistema li tagħmlilna faċli biex issa din il-li'i tkun tista' taħdem.
Dwar il-li'i li qiegħed nirreferi għaliha, is-settur kummerċjali jrid jara li jkun organizzat. In-negozju l-kbir għal din il-li'i mhux in-negozju bl-iżjed turn-over jew li jimpjega, l-iżjed ħaddiema, iżda dak in-negozju organizzat li kapaċi jersaq 'il quddiem u jagħmel użu minn din il-li'i mingħajr biża' għaliex in-negozju huwa organizzat mil-latt finanzjarju tiegħu.
Issa l-isfida tagħna hija li nistħarr'u possibilitajiet li nanalizzaw kif nistgħu naslu li niżviluppaw kriterji li kapaċi nersqu bihom quddiem negozji żgħar li finazjarjament ikunu f'qagħda finazjarja ħażina u jkunu qegħdin isibuha diffiċli li jkomplu jvinċu mall-banek. Nemmen li għandna negozji żgħar li nistgħu ngħinuhom isalvaw in-negozju tagħhom kemm-il darba ngħinuhom jirkupraw finanzjarjament. Hawn għandna l-isfida li nkunu nnovattivi. Fil-mentalita' tagħna faċilment naħsbu li l-ewwel tip ta' għajnuna għandha tkun għotja ta' flus. Mhux bilfors għajnuna finanzjarja tgħin iżda persważ li għajnuna fit-teħid tad-deċiżjonijiet tekniċi tkun tagħmel sens.
Qiegħed naħseb biex norganizza Round Table Conference bis-sehem tal-bankiera fejn is-su''ett diskuss għandu proprju jkun f'dan l-isfond. Konxju li llum fil-qasam bankarju għandna bidla ta' mentalita', issa għandna din il-li'i li ħolqot ċertu opportunitajiet 'odda. Ikun interessanti li nara l-banek li jaħdmu lokalment kif jistgħu jirreja'ixxu għat-talba għall-għajnuna b'dan il-mod.
Il-mentalita' ta' dejn hija mentalita' li rridu nkissru.
Il-mentalita' tal-bejgħ lil min ma jħallasx hija mentalita' li rridu ngħaddu mingħajra.
Il-mentalita' li nkabbru lin-negozju tagħna iżjed mill-proporzjon ta' kemm nifilħu hija mentalita' li ma rridux naċċettaw.
Il-mentalita' 'dida tal-banek li jieqfu lil min ma jkunx qiegħed iħallas lura il-pagamenti dovuti hija mentalita' li naċċetta, iżda rridu naraw li jkollna mentalita' fil-banek tagħna li tħares kontinwament fuq min qiegħed ikun mgħejjun jinvesti biex dan mhux ikun mogħti d-daqqa ta' l-aħħar meta jkun wasal f'sitwazzjoni mwegħra fejn ma jistax jirkupra.
Irridu naraw li flimkien niffaċċjaw din is-sitwazzjoni biex verament inkunu ta' għajnuna għall-inizjattiva żgħira. Ser nara li l-Small Business Unit timpenja l-ħidma tagħha f'dan ir-rigward flimkien mal-Consultative Committee magħmul mill-G.R.T.U., F.O.I. u l-Kamra tal-Kummerċ.
Id-direzzjoni fil-politika ta' l-Unjoni Ewropeja proprju tobbligani nħares lejn dawn l-objettivi fil-ħidma tiegħi. Magħkom u bil-koperazzjoni tagħkom, intom fis-settur kummerċjali rrid nara li f'dan il-pajjiż insawwar kultura li kapaċi tħares lejn iż-żgħir fin-negozju u bis-serjeta' tagħtih l-istima li jixraqlu u tibża' għalih. Din il-li'i u dan il-provediment proprju jilħaq dan il-għan, iżda dan m'għandux ikun l-aħħar pass. Dan għandu jkun il-bidu. '?alhekk it-taħdidiet li ser ikolli ma' l-għaqdiet tan-negozju proprju ser ikun dwar il-qagħda finazjarja ta' setturi differenti li għandna.
Kelli esperjenza pożittiva meta s-sena li għaddiet ħejjejna rapport fejn tkellimna dwar in-nuqqasijiet tas-servizzi u tarmak f'żoni industrijali bħal tal-'?andaq u l-Imrieħel, u dan 'ie aċċettat mill-Ministru tal-Finanzi w issa di'a' għaddejjin it-tħejjijiet biex mill-Finanzi li 'ew approvati, id-Dipartiment tat-Toroq ikun jista' jaħdem. B'dan is-sodisfazzjon u b'din l-esperjenza nħares 'il quddiem biex ir-rapport ta' din is-sena li ser tkun qed tagħmel l-Small Business Unit ikun proprju s-sitwazzjoni finanzjarja ta' kull settur li niltaqgħu miegħu, u hekk naslu biex nagħmlu su''erimenti li nittama li nservu ta' 'id bħalma servew is-su''erimenti tas-sena li għaddiet.
Nawgura li din l-laqgħa tkun il-bidu ta' dan il-proċess lejn aktar għarfien ta' kif nistgħu ngħinu lil xulin insaħħu l-kummerċ f'pajjiżna u naraw li żgħar kemm aħna żgħar nifhmu li għandna sehem fit-tkabbir ekonomiku li jgħin lill-poplu tagħna jgħix aħjar.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN