PUBBLIKAZZJONI TAD-DEVELOPMENT BRIEF DWAR TA' QALI CRAFTS VILLAGE
L-Onor. Edwin Vassallo dalgħodu ndirizza lonferenza stampa dwar il-pubblikazzjoni tad-Development Brief dwar Ta' Qali Crafts Village. Dawn li jsegwu huma l-punti principali li semma l-Onor. Vassallo:
Id-Development Brief li tressaq u 'ie approvat mill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar biex ji'i pubblikat bħala Consultation Document għandu jwassal biex ikunu magħrufa l-linji ta' gwida li jirregolaw l-iżvilupp li ser isir biex żona f'Ta'Qali tkun miżjuda ma' l-ispazju li huwa magħruf bħala l-Villa'' ta' l-Arti'janat Ta' Qali, bil-hsieb li ladarba dan il-pro'ett jibda jitwettaq, l-iżviluppatur magħżul ikun jista' jiżviluppa din iż-żona bħala Villa'' ta' l-Arti'janat b'dehra differenti. Dan għaliex ma' l-attivit'? tal-bejgħ ta' l-Arti'janat ser tkun miżjuda l-attivit'? tal-leasure industry b'differenza.
Qegħdin nistiednu lil dawk kollha interessati biex iħarsu lejn din l-opportunit'? ta' bidla minn dak li għandna fil-preżent għall-iżvilupp ta' villa'' li għandu joħloq interess ta' attrazzjoni turistika u interess f'attivit'? kummerċjali marbuta mal-leasure industry, filwaqt li teskludi l-bini ta' lukanda jew attivitajiet simili.
Dan il-Development Brief huwa kollu kemm huwa maħsub li j'ib fis-seħħ l-Action Plan ta' Ta' Qali, li 'ie approvat mill-Gvern fi Frar 2000 u li kien magħmul biex jirregola l-iżvilupp li għandu jsir fiż-żona kollha magħrufa bħala Ta' Qali.
F'dan l-iżvilupp kbir li qed nipproponu, qed nieħdu kull ħsieb tat-tenants li qegħdin joperaw u jaħdmu di''? 'ewwa Ta' Qali. B'dan l-iżvilupp qed nassiguraw:
1. ambjent aktar attrajenti li ser ji'bed lin-nies kemm għad-divertiment li jista' jkun hemm fil-Park sħiħ kif ukoll lejn il-Villa'' Arti'janali;
2. li l-kundizzjonijiet amministrattivi u finanzjarji li għandhom illum ser jinżammu minn min ikun qed iwettaq l-iżvilupp;
3. li l-impatt tax-xogħol mill-iżviluppatur fuq l-operaturi jkun mill-inqas wara qbil mal-G.R.T.U. bħala r-rappreżentant tat-tenants preżenti.
Dawn huma punti ta' qbil li jien kelli mal-G.R.T.U. u li qed ner'a' ntenni u nassigura llum. Jiena qiegħed hawn nippubblika d-dokument li 'ie iffirmat bejni u r-rappreżentanti tal-G.R.T.U. fejn juri l-intenzjoni tal-kundizzjonijiet tat-tenants.
Jien konvint li dan l-iżvilupp ta' Ta' Qali ser jagħtina 'awrha ta' post fejn il-pubbliku jkun jista' jiddeverti, jistrieħ u jieħu gost u fejn, min qed jaħdem hemm ikollu l-ambjent li jixraqlu.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN