Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. LOUIS DEGUARA, MINISTRU TAS-SAĦĦA, GĦALL-FTUĦ TAL-FIERA TA? L-IKEL U X-XORB - 14 ta? Frar, 2001.

pr0196
Date Icon 14/02/2001

Sinjuri,

Nirringrazzjakom li għo'obkom tistiednuni għall-ftuħ ta' din il-fiera. Ta' min jgħid li tradizjonalment il-Ministeru tas-Saħħa dejjem assuma r-responsabilt'? biex iħares is-saħħa tal-konsumatur fejn jirrigwardja l-ikel. Tul iż-żmien, il-bżonn ta' dan it-tħaris żdied, għax is-soċjeta' minħabba l-istandard tal-ħajja dejjem tielgħa saret waħda ta' konsum sfrenat fejn jirrigwardja x-xiri ta' prodotti ta' l-ikel. Għadda ż-żmien fejn wieħed jipproduċi hu stess dak li jiekol u għalhekk fiera ta' dan it-tip tagħmel sens.

Ma rridux ninsew li peress li dawk li jipproduċu l-ikel jagħmlu dan għal firxa kbira ta' nies, dawn i'orru responsabiltajiet kbar ma' din l-attivit'?. Kulħadd jaf dwar il-perikli li jistgħu jinqalgħu waqt il-produzzjoni ta' l-ikel. Jien ċert li kulħadd sema' b'inċidenti ta' avvelinament mill-ikel. Għalkemm il-Gvern għandu l-mekkaniżmi amministrattivi biex inaqqas inċidenti bħal dawn wieħed ma jistax iserraħ rasu biss fuq il-ħidma tal-Gvern. L-ewwel responsabilt'? biex ji'u evitati inċidenti bħal dawn taqa` fuq il-produttur li dmiru hu li jipprovdi lill-konsumatur b'ikel bnin u ħieles minn kull periklu għal saħħtu.

Ma nistax nitkellem dwar l-ikel u ma nsemmix id-diffikultajiet fl-industrija ta' l-ikel ikkawżati mill-marda tal-BSE., kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. IL-Gvern Malti qiegħed jittratta din il-kwistjoni bl-akbar serjet'? u responsabilit'?. Mhux talli qiegħed jieħu l-miżuri neċessarji imma dawn il-miżuri l-Gvern Malti ħadhom żmien qabel ma 'ew rakkomandati mill-Unjoni Ewropea. Fi ftit 'imgħat oħra se nibdew ukoll nittestjaw iċ-ċanga kollha li tinqatel lokalment. Il-Gvern hu impenjat li jissalvagwardja saħħet il–poplu u dan jaghmlu bil-mezzi kollha possibbli.

Bi pjaċir ngħid li n-numru ta' każijiet ta' ‘food poisoning' jidher li qiegħed jonqos minn sena għall-oħra. Fil-fatt, is-sena li għaddiet 'ew irrapportati 370 każ, li jammontaw għal tnaqqis ta' aktar minn tletin fil-mija fuq is sena ta' qabel. Din l-istatistika tikkompara tajjeb ma' dawk ta' pajjiżi oħra Ewropej. Nixtiequ naħsbu li dan in-nuqqas huwa dovut għal attenzjoni akbar waqt il-produzzjoni ta' l-ikel, iżda jista' jkun ukoll li t-tagħlim qed ji'i b'mod qares. Dan qiegħed ngħidu għax statistika oħra turi li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika kien kostrett li jieħu 450 azzjoni legali kontra persuni fin-negozju ta' l-ikel, u dan ifisser żieda ta' sitta w għoxrin fil-mija fuq is-sena 1999.

Għalhekk, bla dubju, jinħass il-bżonn li kull persuna li b'xi mod tipproduċi jew tinnegozja l-ikel, għandha tkun imħarr'a fl-i'ene għal ta' l-anqas f'livell bażiku. Ta' min isemmi li biex jintlaħaq dan il-għan, il-Gvern huwa kommess li jdaħħal regolament dwar dan. Fil-preżent il-Gvern qiegħed jipproponi Att 'did dwar l-i'ene fl-ikel għax jidher ċar li l-Att ta' l-1972 m'għadux relevanti għall-ħti'ijiet tal-lum. Huwa bla dubju fl-interess ta' kulħadd li kull ‘food handler' ikun imħarre' biex iħares l-i'ene waqt il-produzzjoni ta' l-ikel u dan b'mod partikulari għall-'id tal-konsumaturi, kull wieħed u waħda minna.

Ta' min jinnota wkoll li erba' u ħamsin fil-mija tal-każijiet ta' l-avvelinament mill-ikel jori'inaw fid-djar u għalhekk jidher ċar il-bżonn ta' tagħlim ukoll f'dan ir-rigward. Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ħa passi biex jindirizza din il-problema, u kien għal dan il-għan li flimkien mad-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa, 'ie ppubblikat ktejjeb speċifikament dwar l-i'ene ta' l-ikel fid-dar. B'dispjaċir, iżda jkolli ngħid li t-talba għal dan il-ktejjeb hija xi ftit fjakka. Forsi sal-lum għadna m'aħniex konxji dwar konsegwenzi serji f'każijiet ta' avvelinament mill-ikel speċjalment fost nies anzjani, trabi u nies morda. Jien għalhekk inħe''e' lill-‘media' biex ikunu pro-attivi u jagħtu kontribut biex iwasslu mill-aħjar li jistgħu, dan il-messa''.

Nixtieq inżid li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qiegħed ukoll iħejji biex minn hawn u ftit ieħor issir ristrutturazzjoni fl-Ispettorat tas-Saħħa biex b'hekk isir użu aħjar tar-riżosi li għandha din it-taqsima, kif ukoll biex tiżdied il-kontabilt'?. Ta' min isemmi wkoll li t-taqsima ta' l-Ispettorat qiegħda kull ma tmur ti'i msaħħa b'aktar apparat biex hekk ix-xogħol ta' din it-taqsima jsir b'aktar effiċjenza filwaqt li l-investigazzjonijiet isiru bl-aktar mod xjentifiku u professjonali. Huwa opportun ukoll li nsemmi li qed ti'i studjata l-possibilta' li jitwaqqaf Kodiċi ta' Prattika biex tirregola x-xogħol ta' l-ispettorat.

Kif wieħed jista' jara, qed isir ħafna xogħol min-naħa ta' l-amministrazzjoni biex inħejju ruħna għal bżonnijiet taż-żminijietna. Iżda dan mhux biżżejjed. Fil-manifattura ta' l-ikel, il-produttur u n-negozjant huma l-protagonisti. '?alhekk iridu jkunu huma li b'impenn jikkommettu ruħhom biex flimkien jipprovdu lill-konsumatur bi prodott ta' kwalit'? u mingħajr ebda periklu għal saħħtu.

Għalhekk, mhux biżżejjed li wieħed jimpjega nies imħarr'in sewwa fil-mestjier tagħhom, imma għandu wkoll jassigura li jarma n-negozju tiegħu bl-aħjar apparat u li jista' jintuża bl-aħjar mod mill-impjegati tiegħu.

Meta qed nitkellmu fuq l-industrija ta' l-ikel ma nistgħux ma nsemmux il-konnessjoni li din l-industrija għandha ma' dik tat-turiżmu. Irridu nifhmu li aħna parti mid-dinja u għalhekk irridu nħarsu 'l bogħod minn xtutna. L-industija tat-

Turiżmu hija waħda mill-kolonni ta' l-ekonomija tagħna b'influss ta' 1.2 miljuni ta' barranin jew bejn wieħed u ieħor tliet darbiet tal-popolazzjoni tagħna. Industrija li tħaddem eluf u eluf ta' impjegati. Isem ħażin fl-industrija ta' l-ikel jista' jkun ta' dannu kbir għal pajjiżna. Inċident żgħir fl-industrija ta' l-ikel jista' jħassar snin twal ta' ħidma u jitlob imbagħad snin itwal biex tirkupra. Barra minnhekk dawk it-turisti li jagħżlu 'l pajjiżna għal vaganza tagħhom kif ukoll il-Maltin stess għandhom dritt sagrosant li jistennew l-ogħla livelli ta' i'ene fl-ikel u fl-istess ħin iserrħu rashom li l-ikel li jikkunsmaw huwa skond l-ogħla livelli internazzjonali.

Għaldaqstant, waqt li nemmen li attivitajiet bħal din il-fiera isiru biex tissaħħaħ l-ekonomija tan-negozju relatat, wieħed irid jifhem ukoll li żgur li anki fil-każ ta' l-ikel, il-kummerċ jista' jiżdied biss billi tirbaħ il-fiduċja tal-konsumatur.

Dawn il-ftit ħsibijiet qiegħed nagħmilhom biex b'hekk nifhmu aħjar il-bżonnijiet għal tibdil biex aħna - l-amministraturi, flimkien magħkom - in-negozjanti, naslu biex nassiguraw ikel bnin u servizz i'jeniku fil-bejgħ u l-provvediment ta' l-ikel lill-konsumatur.

B'hekk niddikjara din il-fiera uffiċjalment miftuħa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow