IL-MINISTRU TAS-SAĦĦA JIPPRESIEDI WAQT IL-FTUĦ TAL-FIERA TA? L-IKEL U X-XORB FIT-TRADE FAIR GROUNDS, IN-NAXXAR
'?alkemm il-Gvern għandu l-mekkaniżmi amministrattivi biex jissalvagwardja lill-konsumatur fl-akkwist u konsum ta' l-ikel, il-produttur u n-negozjant iridu jagħmlu xogħolhom bl-akbar reqqa biex jipprovdu lill-konsumatur b'ikel bnin u ħieles minn kull periklu għal saħħtu.
Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara, meta kien qiegħed jiftaħ il-Fiera ta' l-Ikel u x-Xorb fit-Trade Fair Grounds, in-Naxxar.
Jidher li l-ħidma tal-Gvern permezz ta' l-Ispettorat tas-Saħħa qegħda tagħti l-frott. Fil-fatt in-numru ta' każijiet ta' "food poisoning" jidher li qed jonqos minn sena għall-oħra. L-inċidenza ta' każi ta' avvelinament f'Malta jikkompara tajjeb ferm ma' dik ta' pajjiżi oħra Ewropej. Dan ma jfissirx li għandna nserrħu rasna u nieqfu hawn. Il-bogħod minn hekk. Bħalissa l-Gvern qiegħed jipproponi Att 'did dwar l-i'ene fl-ikel biex jissostitwixxi dak ta' l-1972 li jidher li m'għadux relevanti għall-ħti'ijiet tal-lum. L-Att il-'did jissodisfa d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.
Flimkien mal-proposta tal-li'i, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qiegħed ukoll iħejji biex f'qasir żmien issir ristrutturazzjoni fl-Ispettorat tas-Saħħa sabiex filwaqt li nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi, inżidu l-effiċjenza u l-kontabilit'?. Din it-taqsima qed ti'i wkoll imsaħħa b'apparat modern biex l-investigazzjonijiet li din it-taqsima tagħmel isiru bl-aktar mod xjentifiku u professjonali. Qegħda ti'i wkoll studjata l-possibilit'? li jitwaqqaf Kodiċi ta' Prattika biex tirregola x-xogħol ta' l-ispettorat.
L-industrija ta' l-ikel għandha rabtiet kbar ma' l-industrija tat-Turiżmu li hija waħda mill-kolonni ta' l-ekonomija tagħna. Malta jżuruha medja ta' 1.2 miljun turist kull sena. Din l-industrija tħaddem eluf ta'Maltin. Isem ħażin fl-industrija ta' l-ikel jista' jkun ta' dannu kbir għall-pajjiżna. It-turisti f'pajjjiżna, l-istess bħall-Maltin, għandhom bi dritt jistennew l-ogħla livelli ta' i'ene fl-ikel u fl-istess ħin iserrħu rashom li l-ikel li jikkunsmaw huwa skond l-ogħla livelli internazzjonali.
Meta rrefera għall-każ tal-Mad Cow Desease li qed taffettwa wkoll l-industrija ta' l-ikel lokali, il-Ministru re'a' ta assigurazzjoni li l-Gvern mhux talli qiegħed jieħu l-miżuri kollha neċessarji, imma dawn il-miżuri l-gvern Malti ħadhom żmien qabel ma 'ew rakkomandati mill-Unjoni Ewropea.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN