STQARRIJA MILL-MINISTERU TA? L-AGRIKOLTURA U SAJD
Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd jirreferi ghall-istqarrija mahruga l-bierah, mill-Alternattiva Demokratika, b'risposta dwar il GMO's.
Filwaqt li jikkonferma dak li ntqal fl-istqarrija tieghu ta' nhar il-Hadd, 11 ta' Frar, fejn cahad kategorikament li qed issir xi forma ta' ricerka fuq inginerija genetika minn xi dipartiment li jaqa' tahtu, il-Ministeru jixtieq li jiccara punt iehor li tqajjem fl-istqarrija tal-bierah.
Il-verit'? hu illi assolutament mhux veru li fic-centru ta' bioteknologija ta' dan il-Ministeru f'Hal-Lija hemm il-mezzi biex jezercita dak li hu maghruf bhala ‘gene-splicing'. Il-Ministeru fakkar li dan ic-centru huwa intenzjonat biex ihares is-sahha ta' pjanti lokali minn kull riskju u ukoll biex isalva u jippropaga specji indigeni u endemici Maltin li jkunu f'periklu.
Hemm xi apparat li jista' jifforma parti minn dak kollu li hemm bzonn biex jintuza ghal dan il-process ukoll, minbarra mill-iskopijiet ta' dijagnostika li qieghed fil-fatt jintuza ghalihom hemmhekk. Biex dan l-apparat jintuza ghal gene-splicing hemm bzonn ta' materjal u apparat iehor, bhal gene-gun, li la hemm u lanqas hemm il-hsieb li jkun hemm. In-nies li hemm jahdmu f'dan il-post lanqas ma ghandhom it-tahrig necessarju biex ikunu jistghu jaghmlu dan il-process.
Ghaldaqstant ma hux il-kaz li wiehed jghid li hemm dawn il-mezzi, ghaliex fil-fatt dan ic-centru la hu f'pozizzjoni u lanqas hemm il-hsieb li xi darba jkun, sabiex jippratika xi forma ta' ricerka jew esperimentazzjoni f'inginerija genetika.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN