Left arrow Go Back

IL-FTUH TAL-HWIENET NHAR TA' HADD

pr0179
Date Icon 12/02/2001

Rigward is-su''ett tal-ftuħ tal-ħwienet il-'?add, is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Edwin Vassallo jixtieq ji'bed l-attenzjoni li Referendum għall-ftuħ kuljum tal-ħwienet sa l-10.00p.m. inkluż l-'urnata tal-'?add, ifisser il-kundanna għall-għeluq ta' bosta ħwienet żgħar:  

F'demokrazija l-poplu għandu d-dritt jiddeciedi. Hekk ngħidu u hekk hu. Id-demokrazija tistenna li l-poplu jkun responsabbli biex meta jiddeċiedi jkun kapaċi jikkontja x'ser tkun tiswa' l-għażla li ser jagħmel. Il-poplu hu stmat u mogħti d-dritt li jiddeċiedi, iżda issa hija f'idejn kull individwu li jagħmel għażliet b'responsabbilt'?.

Ngħid dan għaliex wisq nibża' li min qiegħed isejjaħ ir-referendum ma jafx sewwa x'qed jgħid u x'qed jitlob. Konxju li għandna individwi li jiddistingwu ruħħom bħala liberali u jridu bidliet radikali, konxju wkoll li għandna whud li jaħsbu li kemm-il darba l-pajjiż jilliberalizza iżjed nistghu nuru li bhala pajjiz qeghdin nizviluppaw.

Dwar kif u kemm għandna nilliberalizzaw, nemmen li din ma hijiex xi logħba li wieħed għandu jaħmilha għall-pjaċir, jew biex jidher kemm huwa liberali, jew bravu iżjed minn l-oħrajn. Fuq kollox qabel ma tilliberalizza nemmen ukoll li trid tara kemm-il darba dak li ser tilliberalizza jiflaħx għall-bidliet il-'odda. Fil-każ tagħna kull min ser jiffirma għal referendum, qabel ma jara x'jixtieq personalment huwa, nissu''erixxi li ma ji'ix jaqgħa u jqum mill-konsegwenzi ta' x'ser ikun l-effett tad-deċiżjoni kemm-il darba jkollha sseħħ.

Nemmen li l-prezz tad-deċiżjoni li tiftaħ il-ħwienet kuljum inkluż il-'?add u sa' l-10.00p.m. jista' jkollha effetti diżastruzi fuq:

ħafna sidien ta' ħwienet żgħar,
fuq il-konsumaturi,
fuq l-impjegati tal-ħwienet kollha,
fuq il-'irien ta' bosta negozji,
fuq il-mod ta' ħajja li qegħdin ngħixu ,
fuq l-istess negozji li qegħdin jitolbu dawn il-bidliet.

'?alhekk nemmen li firma favur din it-talba ta' liberaliżmu estrem hija att immorali għaliex il-konsegwenzi ser ikunu kemm ekonomiċi kif ukoll soċjali. Xi ħadd irid iħallas għalihom u nemmen li dan il-kont hawn min ma għamlux. B'hekk inżomm moralment responsabbli lil dawk kollha li jiffirmaw biex jagħmlu tajjeb għall-konsegwenzi.  

Nissu''erixxi li qabel ma wieħed jiddeċiedi għandu jqis sewwa dawn il-punti:

L-istruttura ta' 'imgħa b'sitt ijiem xogħol u l-'urnata tal-'?add li titqies bħala 'urnata differenti mill-bqija għenet biex tkun imfassla l-istil tal-ħajja li ngħixu. '?enet ukoll biex jitfasslu li'ijiet li jipprotegu u jagħżlu setturi ta' impjegati minn oħrajn. Dan għaliex kull xogħol li jsir fil-'urnata tal-'?add beda jitqies bħal xogħol li qiegħed isir f''urnata fejn suppost ma kellu jsir l-ebda xogħol. Dan il-prinċipju wassal biex il-'urnata tal-'?add titqies bħala l-'urnata tal-mistrieħ. Kemm-il darba din il-'urnata b'tifsira speċjali tintilef, il-konsegwenzi jistgħu iwasslu biex noħolqu soċjet'? konsumista fejn il-valuri jitilfu kull tifsira. Is-soċjet'? titlef ħafna.

F'pajjiżna s-settur kummerċjali huwa magħmul minn numru kbir ta' ħwienet żgħar li minħabba l-kompetizzjoni di''? qegħdin f'sitwazzjoni fejn iridu jaħdmu b'ħafna sagrifiċċji biex ma jitilfux il-kompetittivit'?. '?all-ma''or parti tagħhom dawn is-sidien tal-ħwienet, il-li'i li ma tippermettix il-ftuħ tal-ħwienet nhar ta' '?add, u li tirregola l-ħin tan-negozju sas-7.00p.m., ma tiddiskriminax kontrihom, iżda hija ta' protezzjoni għalihom. Dawn bil-kuntrarju jafu li għalihom kemm-il darba l-'?add tkun 'urnata bħall-oħrajn, il-kompetizzjoni ''iegħlhom jiftħu avolja ma jifilħux għall-ispiża ta' 'urnata xogħol f'dak il-jum li fih huma kellhom il-jedd li jistrieħu. Il-ħwienet il-kbar li għandhom l-istruttura tagħhom tinkludi l-impjegati ser ikollhom vanta'' fuq il-ħafna ħwienet żgħar għaliex dawn jistgħu jiftħu bla diffikult'?. Din il-bidla tista' tbiddel kompletament is-suq u dan b'konsegwenza li f'pajjiżna naraw ħafna sidien ta' ħwienet żgħar jitilfu n-negozju tagħhom.

Settur ieħor li forsi ftit huwa kkalkulat huwa dak tal-bejjiegħa tal-Monti li jaħdmu nhar ta' '?add. Dan huwa settur li jimpjega fih numru sabiħ ta' persuni. Bil-ftuħ tal-ħwienet nhar ta' '?add tispiċċa l-importanza tas-swieq li huma setturi importanti fil-kompetizzjoni li jservi biex iżomm il-prezz kompetittiv għall-konsumatur.

Kemm-il darba jinfetħu l-ħwienet nhar ta' '?add, u ngħabbu lin-negozji tagħna l-piż li jżommu ta' kuljum il-ħwienet miftuħa sa l-10.00p.m., nemmen li għandu jwassal biex jingħalqu ħafna ħwienet żgħar li għandna fil-bliet u l-irħula. Hekk il-konsmatur jitlef mhux biss il-kumdit'? ta' minn fejn jixtri, iżda jitlef ukoll parti sostanzjali mill-forza li tgħin biex tistabbilixxi l-prezzijiet. B'ħafna ħwienet żgħar magħluqa, il-ħwienet il-kbar ikunu f'pożizzjoni li jistgħu jgħollu l-prezzijiet u dan huwa ta' detriment għall-konsumatur.

Il-ftuħ tal-ħwienet kollha l-'?add ifisser ukoll it-telf tal-ħlas tal-paga doppja lill-impjegati tal-ħwienet kollha. Dan għaliex il-paga ta' l-impjegati tal-ħwienet tista' facilment tkun deċiza bħal ta' l-impjegati li jaħdmu fil-lukandi li għal 'urnata xogħol nhar ta' Hadd, il-paga ma hijiex doppja. Dawk l-impjegati li qegħdin jaħsbu li l-ftuħ nhar ta' '?add ifisser paga doppja jistgħu faċilment jitilfu dan id-dritt ladarba l-li'i tiddefinixxi 'imgħa ta' sebgħat ijiem xogħol bl-ebda 'urnata minhom speċjali.

Il-'irien tan-negozji li skond it-talba jistgħu jibqgħu miftuħa sa' l-10.00 p.m. u dan kuljum mingħajr l-ebda waqfien, jistgħu ji'u esposti għal inkonvenjenti kbar li ser ikunu imposti fuqhom in'ustament.

L-istess ħwienet li jaħsbu li jekk jiftħu nhar ta' '?add ser igawdu xi benefiċċju, nemmen li dan ser jintilef għaliex kemm-il darba is-supermarkets kollha jiftħu u magħhom ukoll is-shopping malls li għandna, allura l-ebda kumpless ma ser igawdi xi privile'' bħalma qiegħed ji'ri llum meta xi stabbiliment jaħseb li kemm-il darba jiftaħ qiegħed jagħmel il-qliegħ u jaħseb li ser jibqa' jagħmlu. Illum min jipprova jiftaħ jara l-flus li jdawwar sbieħ, iżda dan għaliex ikun waħdu jew wieħed mill-ftit. Kemm-il darba kulħadd ikollu l-opportunit'? li jiftaħ allura ħadd ma ser jibqa' jbiegħ waħdu u l-privile'' misruq jintilef u miegħu jitlef il-klijentela li llum jgawdi waħdu.

Bħala Segretarju Parlamentari b'responsabbilit'? li nħares fuq l-interessi tan-negozji żgħar, nemmen li l-ftuħ nhar ta' '?add u il-ħwienet miftuħa sa l-10.00p.m. kuljum kif qed ikun propost minn min qed isejjaħ ir-referendum, ma fih l-ebda benefiċċju, anzi bil-kuntrarju l-konsegwenzi huma koroh kemm ekonomikament, kif ukoll soċjalment. Nemmen li għandna nkomplu naħdmu biex inżidu l-attivit'? kummerċjali, iżda qatt ma emmint li għandna nagħmlu mis-soċjet'? tagħna, soċjet'? konsumista fejn l-ebda valur ma jibqa' jiswa.

Din il-'irja ma twassal għal ebda ħolqien ta' 'id u ta' xogħol.

Dmiri bħala Segretarju Parlamentari li nħares fuq l-interessi tan-negozji żgħar u s-self-employed jitlob li nara li ma naghmlu xejn li jista' jwassal biex inżidu piżijiet li jkunu imposti in'ustament fuq l-istess sidien ta' ħwienet u negozji żgħar li ma jridux li jkunu mogħtija d-dritt li jiftħu.

'?addejjin tħejjijiet biex il-li'i preżenti li tirregola l-ftuħ u l-ħinjiet tal-ħwienet tkun mibdula. Nista' ngħid li ser ikun hemm xi tibdil dwar xi ħinjiet ta' ħwienet, iżda fil-prinċipju l-Gvern huwa impenjat biex il-'urnata tal-'?add tibqa' tingħaraf mill-bqija u t-tibdil ippjanat ser jagħti opportunit'? biex il-konsumatur ikun moqdi aħjar mingħajr ma jkollna bżonn li niftħu l-ħwienet kollha nhar ta' '?add.

L-impenn tal-Gvern huwa li jara li t-tibdil li jsir ikun hawn qbil dwaru u l-ħti'ijiet kemm tas-sidien tal-ħwienet, kif ukoll tal-konsumaturi, jkunu milħuqa u rispettati. Dan huwa impenn ta' Gvern li jrid iħares l-għejxien ta' bosta ħwienet u negozji żgħar, kif ukoll li jara l-prinċipji u l-valuri li jgħinuna ngħixu ħajja fejn ma nisfawx vittma tal-materjaliżmu u l-egojiżmu li jirriduċi lil kull individwu għal su''ett fis-suq, fejn kulħadd ikun stmat għal kemm jiflaħ jonfoq u mhux għal li hu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow