PUNTI MILL-KONFERENZA STAMPA MILL-MINISTRU TA? L-EDUKAZZJONI U CO-CHAIRPERSON TAL-KUMITAT PARLAMENTARI KONĠUNT MALTA-UE, DR LOUIS GALEA, FLIMKIEN MAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI, IL-PERIT JESMOND MUGLIETT, FUQ "STUDJU DWAR L-IMPATT TAS-SĦUBIJA TA? MALTA FL-UN
"Il-GWU dejjem gharfet l-isfidi li se jkollna bil-globalizzazzjoni…"
"With globalization, the big don't eat the small, the fast eat the slow."
Ghada, l-Hamis, 8 ta' Frar, 2001, f'sessjoni straordinarja tal-Konferenza Nazzjonali tad-Delegati, il-GWU ser tiddiskuti Mozzjoni tal-Kunsill Nazzjonali dwar l-applikazzjoni ta' Malta gal shubija shiha fl-Unjoni Ewropea. Il-GWU qed tibbaza l-Mozzjoni taghha fuq "Rapport Finali" intitolat "Studju dwar l-impatt tas-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea", datat Novembru 2000, izda pubblikat fit-23 ta' Jannar, 2001.
Fil-Mozzjoni l-Kunsill tal-GWU qed jipproponi li l-Konferenza, "wara li ghal darb'ohra stharrget u aggornat ruhha anki bl-istudju li ghandha quddiemha…dwar l-impatti li shubija shiha fl-Unjoni Ewropea ikollha fuq il-haddiema, il-pensjonanti u l-pajjiz in generali tiddeciedi:
li f'dawn ic-cirkostanzi ma jkunx ta' gid la ghall-haddiema u lanqas ghall-pajjiz li Malta ssir membru shih fl-Unjoni Ewropea…"
Ahna wkoll analizzajna r-Rapport u ghandna diversi kummenti x'naghmlu dwaru u dwar il-pozizzjoni li qed tadotta l-GWU.
Ir-rapport tal-GWU huwa rapport fqir u frammentat. Fl-istil tal-kitba u wisq aktar fil-kontenut. Fih bosta partijiet li mhumiex maghquda wahda ma' l-ohra u fih ukoll ghadd kbir ta' partijiet fejn jigu kwotati rapporti, kotba jew dokumenti ohra, minghajr izda ma' ssir analizi ta' dawn il-kwotazzjonijiet u minghjar ma' jigi zviluppat argument minnhom. F'bosta oqsma, ir-rapport jieqaf xott xott minghajr ma' jwassal ghall-ebda konkluzjoni koerenti. hafna kummenti huma infilzati bl-addocc bla ragunament validu bl-iskop biss li jwassal ghal stampa generali negattiva.
Ir-rapport huwa inkomplet. Ihalli barra bosta hwejjeg ta' importanza ghal kull min irid jasal ghal opinjoni infurmata dwar il-kwistjoni ta' l-ishubija ta' Malta fl-UE. B'hekk, ihalli lill-qarrej bla twegiba fuq bosta kwistjonijiet fundamentali li dwarhom suppost tikkummenta trade union ta' l-istatura tal-GWU. Fost dawn hemm:
Is-Summit ta' Nizza (Dicembru 2000) dwar ir-riformi li saru fl-istituzzjonijiet ta' l-UE. Ir-rapport – li nkiteb f'Novembru, 2000 - isemmi is-Summit ta' Nizza izda ma' jistenniex ghall-konkluzjonijiet tas-Summit qabel ma' jitfa' l-ankri kontra shubija fl-UE. Mhux biss. Ir-rapport jistaqsi x'lehen se jkollha Malta. Izda minhabba l-ghaggla biex il-GWU tasal ghall-konkluzjoni li riedet tasal ghaliha, ma' kellhiex il-pacenzja tistenna sabiex tara – xahar biss wara – x'kien se jirrizulta mis-Summit ta' Nizza u kif kienet se tintlaqat Malta. Donnu li l-GWU kellha vizjoni profetika u ddecidiet li s-Summit ta' Nizza ma' kienx se jkun pozittiv ghal Malta. Fil-fatt gara bil-maqlub u Nizza rrizultat li tat garanzija li Malta se jkollha vuci rilevanti bhala pajjiz membru ta' l-UE.
Ir-rapport ma jitkellem xejn dwar il-vantaggi ta' shubija ghaz-zghazagh. Ma jghid xejn dwar kif l-istudenti Maltin jistghu jibbenefikaw billi jkollhom id-dritt ghal esperjenza ta' studju u anki ta' xoghol f'pajjiz iehor bl-istess kundizzjonijiet ta' cittadini ohra ta' l-UE – haga li tista' tghinhom fil-formazzjoni taghhom biex jiehdu sehem ahjar fl-izvilupp ekonomiku u socjali ta' Malta.
Ir-rapport jonqos bil-kbir meta ma' jghid xejn dwar x'ser ikun l-impatt pozittiv tad-dhul ta' Malta fl-UE f'oqsma bhalma huma l-kundizzjonijiet tax-xoghol, il-ligijiet socjali ta' l-UE (ez. fuq l-ugwaljanza), fuq il-qasam tas-sahha u s-sigurta` fuq il-post tax-xoghol u anki ghal dak li ghandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-konsumaturi. Mhux talli hekk, talli r-rapport kwazi kwazi jistkerrah l-avvanzi li jistghu jgibu ligijiet f'dawn l-oqsma u pjuttost jarahom bhala theddida ghall-impiegi. Meta tqis li dan huwa rapport miktub minn trade union li suppost tirraprezenta l-interessi tal-haddiema, wiehed jibqa' skantat kif thallew barra kunsiderazzjonijiet importanti bhal dawn.
Lanqas ma ssir riferenza ghall-impatt dirett fuq il-livell ta' l-ghixien li jaghtuna l-istandards ta' l-UE fil-qasam ta' l-ambjent. Dawn l-istandards, li Malta tista' ddahhal permezz ta' ghajnuna finanzjarja mill-istess UE, huma xempju ta' kif nistghu inharsu 'l quddiem biex intejbu l-livell ta' l-ghixien taghna. Ir-rapport tal-GWU, ghalkemm jaghmel xi referenzi zghar lejn il-qasam ta' l-ambjent, qatt ma jitrattah b'mod socjali u qatt ma jitkellem dwar il-beneficcji ta' shubija fuq il-qasam ta' l-ambjent.
Ir-rapport fih zbalji li jxejjnu l-validita` tal-konkluzjonijiet li tasal ghalihom il-GWU fil-mozzjoni taghha. Forsi l-akbar zball gravi ta' fatti hu dwar il-kwistjoni ta' liema fondi Malta tkun eligibbli ghalihom bhala membru ta' l-UE. Ir-rapport jikkwotalir-rapport tal-Parlament Ewropew imhejji minn Ursula Stenzel u anki jikkwotah hazin. Jghid:
"…skond ir-Rapport Stenzel tat-18 ta' Settembru 2000, Malta ma tikkwalifikax bhala wiehed mir-regjuni l-inqas vantaggjati (Artiklu 158 tat-Trattat fuq l-UE). Dan ifisser li kieku kellha tidhol fl-UE Malta taf ma tkunx tista' tikseb fondi taht oggettiv 1 jew 2 tal-Fondi Strutturali li jistghu jiksbu minnhom, nghidu ahna, Korsika u Sardinja (oggettiv 1) u ghadd ta' pajjizi ohrajn Ewropej (oggettiv 2)."
Issa ghandu jinghad li din is-silta hija kompletament zbaljata fuq bazi ta' fatti u tixhed ukoll li min kiteb ir-rapport lanqas biss jifhem dak li qalet Stenzel fir-rappot taghha. Ma jifhimx lanqas xi tfisser li pajjiz jikkwalifika ghal fondi ta' l-UE minhabba li jkun meqjus regjun "Oggettiv 1" jew regjun "Oggettiv 2". L-ispjega segwenti ticcara l-affarijiet:
F'Artiklu 158, it-Trattat ta' l-UE jahseb ghal trattament specjali ta' "island regions" (gzejjer regjuni). Malta ma' tikkwalifikax bhala "island region" mhux ghax m'ghandhiex l-istess tip ta' problemi bhal gzejjer ohra jew ghaliex hija aktar avvanzata ekonomikament, izda ghaliex s'issa din it-tifsira inghatat biss lil gzejjer li huma parti minn pajjiz membru u mhux lil gzejjer li huma nfushom huma pajjiz membru. Biex niftiehmu, Sqallija tikkwalifika bhala "island region" u anki Kreta, izda mhux il-Gran Brittanja jew l-Irlanda li t-tnejn huma gzejjer izda huma wkoll pajjiz membri. Din tat-trattament ta' dawn it-tip ta' gzejjer m'ghandha x'taqsam xejn mal-Fondi Strutturali u wisq anqas mal-kriterji ta' eligibilita` ghalihom (Objective 1, 2 u 3).
Fir-rapport taghha, filwaqt li tfiehem li Malta tista` ma' tikkwalifikax bhala "island region", Stenzel izzid tghid li madankollu t-talbiet ta' Malta ghal ghajnuna minn fondi ghal dawn it-tip ta' regjuni, ghall-anqas f'certi oqsma, ghandha ssib appogg ("should meet with sympathy"). Minn dan ma jinghad xejn fir-rapport tal-GWU li minflok jaqbad u jikkonkludi – zbaljatament – li Stenzel kienet qed tirreferi ghal jekk Malta tikkwalifikax ghal Fondi Strutturali. Xejn minn dan.
Ir-rapport huwa ghal kollox zbaljat meta jghid li Malta taf ma tkunx tista' tikseb fondi taht Oggettiv 1 jew 2 tal-Fondi Strutturali. L-ewwel, ghaliex kollox jindika li peress li l-livell ekonomiku ta' Malta (GDP) huwa ta' anqas minn tlett kwarti tal-medja ta' l-UE, Malta tkun tikkwalifika taht "Objective 1" fejn imorru l-akbar ammont ta' flus tal-
Fondi Strutturali. It-tieni, ghaliex, li kieku ma' kienitx tikkwalifika taht "Objective 1", Malta kienet tikkwalifika taht "Objective 2" kif jikkwalifikaw regjuni ohra hlief dawk li huma eccezzjonalment avvanzati u allura m'ghandhom bzonn l-ebda ghajnuna regjonali.
Il-fatt li xi hadd, bhall-GWU, jaghti x'jahseb –apposta jew bi zball – li Malta mhix se tikkwalifika ghal Fondi Strutturali jista' jhalli impatt fuq il-konkluzjoni li wiehed jasal ghaliha dwar l-ishubija ta' Malta. Huwa maghruf illi wiehed mill-akbar vantaggi ta' shubija ghal Malta huwa proprju li Malta tkun tista' tikseb ghajnuna finanzjarja ghal numru ta' snin sakemm l-ekonomija Maltija u l-ghixien tal-poplu Malti jilhqu livelli aktar tajbin paragunabbli mal-medja ewropea. Dan se jissarraf f'vantagg sostanzjali ghal Malta fis-sens illi dak li barra mill-UE kien jiehu ghexieren ta' snin biex jintlahaq, permezz ta' shubija u bl-ghajnuna tal-Fondi Strutturali li jigu wara shubija, ikun jista' jintlahaq ferm aktar qabel. Ta' min wiehed jistaqsi jekk il-GWU hiex se tirranga dan l-izball u jekk, la darba taghmel hekk, hiex se tirrikonoxxi illi l-mozzjoni taghha hija mibnija fuq premessi hziena u allura hija zbaljata.
Jekk ir-rapport tal-GWU jizloq b'dan il-mod fuq rapport – ta' Stenzel – li jaf bih kulhadd, kemm jista' jittiehed bis-serjeta` u jitwemmen ir-rapport tal-GWU fuq kwotazzjonijiet ohra li dwarhom m'ghandna l-ebda referenzi cari.
Ir-rapport tal-GWU fih zbalji ohra ta' fatti li jkomplu jirrendu l-konkluzjoni tal-mozzjoni tal-GWU wahda bla bazi. Ezempji ta' dawn l-izbalji huma:
Ir-rapport tal-GWU jghid li fl-UE hemm qghad ta' 10.5%. Dan mhux minnu. F'Novembru tas-sena 2000, ir-rata tal-qghad fl-UE kienet ta' 8.1%. L-oghla rata kienet registrata fi Spanja (13.6%), l-anqas rata fil-Lussemburgu (2.1%). Ta' min jghid li r-rata ta' qghad hija ferm anqas fil-pajjizi z-zghar ta' l-UE milli fil-pajjizi l-kbar.
Ir-rapport tal-GWU jghid li skond l-Acquis ta' l-UE, Malta trid tnaqqas id-deficit pubbliku taghha sa' 3 fil-mija sas-sena 2004. Fil-fatt din hija kundizzjoni biex pajjiz jissieheb fl-Ewro (il-munita Ewropea) u mhux fl-UE. Izda biex jissieheb fl-Ewro, skond ir-regoli vigenti s'issa, dan ikun irid ilu membru ta' l-UE ta' l-anqas ghal zmien sentejn. B'danakollu, li nnaqqsu d-deficit ghal 3 fil-mija hija mira tal-Gvern fl-interess nazzjonali.
Ir-rapport tal-GWU jirreferi bl-aktar mod legger ghall-partecipazzjoni ta' Malta fil-programmi tal-UE u jghid li Malta m'ghandhiex ghalfejn tkun membru ta' l-UE biex tippartecipa fi programmi ta' l-Unjoni Ewropea bhall-Fifth Framework Programme dwar ir-Ricerka u l-programmi Socrates u Leonardo da Vinci. Kieku dan kien minnu kieku ma kienx ikun hemm waqfa ta' aktar minn tlett snin ta' s[ubija f'dawn il-programmi. Il-hsara li saret minn nuqqas ta' partecipazzjoni fl-FP5 f'dawn is-snin kienet hafna akbar minn fi programmi ohrajn. Dan ghaliex il-partecipazzjoni fl-FP5 trid tkun akkumpanjata minn process ta' capacity building, jigifieri investiment sabiex inkabbru l-infrastruttura li trid taghmel ir-ricerka. Dan il-capacity building fl-infrastruttura ghar-ricerka kien wieqaf bejn 1996 u l999.
Fi zmien il-Gvern laburista (1996-1998), minkejja l-isforzi biex jikkonvincu lill-UE thalli lil Malta tiehu sehem fil-programmi Socrates u Leonardo, l-UE qalet car u tond li ladarba l-Gvern laburista iffriza l-applikazzjoni ta' Malta ghal shubija fil-UE, allura Malta ma setghetx tiehu sehem f'dawn il-programmi. Li ma jghidx ir-rapport huwa li jekk Malta ma tkunx membru ta' l-UE, il-partecipazzjoni taghha f'dawn il-programmi ma tkunx wahda shiha izda tkun wahda limitata. Jekk tibqa' barra, Malta jkollha thallas b'mod shih ghall-partecipazzjoni taghha minn flusha. Dan huwa l-kaz ghal pajjizi bhall-Israel u l-Isvizzera. Illum, ghaliex, Malta hija pajjiz kandidat qed taqsam il-hlas ta' partecipazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea li qed tohrog sehemha permezz ta' fondi lil Malta. Izda, la darba tkun membru, Malta ma' thallas xejn u l-partecipazzjoni taghha tithallas direttament mill-bagit ta' l-UE.
Ghaldaqstant, mhux veru kif jghid ir-rapport li Malta ser thallas LM 1.2 miljun ghas-sehem ta' Malta fil-Fifth Framework Programme. Fil-fatt Malta ser thallas LM 400,000 ghal dan il-programm. L-Estimi Finanzjarji ghas-Sena 2001 jiddedikaw is-somma ta' LM 1.215,000 ghall-programmi kollha tal-UE (Socrates, Leonardo, Youth u Fifth Framework). Barra minn hekk il-GWU hbiet ghal kollox il-fatt li terz min din is-somma (LM 371,900) ser tinghata bhala ghajnuna mill-UE.
Ta' min ighid ukoll li jekk Malta tibqa' barra, ma' tkunx tista' tmexxi progetti hi, izda tkun tista' biss tippartecipa fi progetti li jkun fassal haddiehor. Dan huwa l-kaz ghal pajjizi bhall-Israel u l-Isvizzera.
Il-GWU dan tafu ghaliex hi rapprezentata fil-Kumitat Koordinattiv li jmexxi l-programm Leonardo. F'dan il-programm, fl-ewwel sena (i.e. 2001), 113 studenti u haddiema sejrin jaghmlu "work placement" ta' tlitt gimghat f'kumpanniji u istituzzjonijiet vokazzjonali Ewropej. Fit-tieni sena (i.e. 2002), madwar 200 student u haddiema ser imorru fuq "work placement" ta' tlitt gimghat. Tajjeb wiehed ifakkar ukoll li l-GWU, kif hu dmirha, issottomettiet proposti biex tiehu sehem fil-programm ghall-edukazzjoni ta' l-adulti Grundtvig Action. Dan ghandu jkompli jghin fil-kultura ta' innovazzjoni li ghandna bzonn fil-process ta' ristrutturazzjoni li qed inwettqu fil-pajjiz.
Barra mill-programmi Socrates u Leonardo, ta' min isemmi wkoll il-programm Erasmus li permezz tieghu Malta qed tibghat 100 student (fis-sena akkademika 2000-2001) jaghmlu semester f'universitajiet Ewropej u madwar 170 student fis-sena akkademika 2001-2001.
Tajjeb wiehed ifakkar ukoll ir-ristrutturazzjoni li qed titfassal ghas-settur tal-Wirt Kulturali ta' pajjizna. F'dan ir-rigward ir-rapport ma jiffoka bl-ebda mod. Il-Gvern prezenti f'dawn l-ahhar snin ha sensiela ta' inizjattivi importanti, fosthom il-ligijiet dwar l-ippjanar u t-twaqqif tal-Kumitati ghar-Rijabilitazzjoni tal-belt Valletta, il-Kottonera u l-Imdina. Fix-xhur li gejjin il-Parlament hu mistenni li jiddiskuti l-ligi l-gdida dwar il-Wirt Kulturali.
L-istudju dwar l-impatt tad-dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja jaghti hafna importanza lill-qasam tal-innovazzjoni. Ir-Rapport ma jsemmi xejn fuq l-edukazzjoni bhala wahda mill-process li jsostnu kull kultura ghall-innovazzjoni, jew il-htiega ta' vizjoni u strutturi li jippromwovu kuncetti bhall-lifelong learning, kuncetti li kull ekonomija moderna bilfors li trid thaddan. L-edukazzjoni f'Malta inghatat priorita` fil-NPAA. Is-setturi li jehtieg isir investiment fihom jinkludu l-edukazzjoni vokazzjonali, fejn l-istudenti jigu mhejjija ghad-dinja tax-xoghol. Ghal Gvern Nazzjonalista, it-tishih ta' l-edukazzjoni vokazzjonali u l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali l-gdid huma zewg progetti ta' l-oghla priorita`.
Sabiex tiddahhal kultura ghar-ricerka u l-innovazzjoni, jehtieg li diversi setturi jkunu mmobilizzati fosthom is-sistema edukattiva b'mod generali u l-Universita b'mod partikolari u organizzazzjonijiet ohra bhal MDC, IPSE, MITTS, MCST. Jehtieg tiddahhal il-legislazzjoni necessarja u jitnehhew ix-xkiel ghall-industriji godda. L-istudju tal-GWU jinjora l-passi kollha mehuda mill-Gvern tul dawn l-ahhar 28 xahar sabiex jinbena ambjent li jhajjar industriji godda li jisfruttaw it-teknologiji godda u sabiex verament ikollna knowledge society. Fost dawn insibu:
Il-Liberalizzazzjoni tas-settur tat-Telekomunikazzjoni
Il-Ligi dwar l-e-Commerce (The Electronic Commerce Act 2000)
Il-Ligi dwar Databases
Il-Ligi dwar il-Patents (The Patents Act, 2000)
Il-Ligi dwar Propjeta' Intelletwali (Intellectual Property Rights Cross Border Measures Act, 2000)
Il-Ligi dwar il-Copyright (The Copyright Act 2000)
hidma kontinwa ghall-e Government
Il-progett Internet fl-iskejjel
Investiment ta' taghmir ghar-ricerka fl-Universita' ta' Malta
It-twaqqif ta' l-Awtorita' tar-Rizorsi
It-twaqqif tal-Kullegg Malti ghall-Arti, Xjenza u Teknologija
It-twaqqif tal-Kunsill Malti ghall-Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali
14. L-istudju mhejji mill-GWU ma jikkritikax il-politika tal-UE ghall-Innovazzjoni anzi jghid: "M'hemmx dubbju li hafna mill-politika ekonomika, industrijali u edukattiva ta' l-UE hija siewja u msejsa fuq l-esperjenza ta' bosta snin u l-addozzjoni ta' din il-politika tista' tiswa ta' gid ghall-Malta."
Ir-rapport tal-GWU jikkritika li l-Kunsill Malti ghax-Xjenza u t-Teknologija (KMXT) mhux qieghed jaghmel bizzejjed sabiex jinholoq ambjent ta' ricerka u innovazzjoni. Wiehed mill-effetti ndiretti li l-partecipazzjoni fil-FP5 ser igib mieghu hu li Malta tibda zzomm statistika li turi s-sitwazzjoni dwar l-izvilupp fl-oqsma tal-Innovazzjoni. Fil-fatt il-KMXT hadem flimkien ma' l-Ufficcju centrali ta' l-Istatistika sabiex jibdew jingabru innovation indicators. Thejja kwestjonarju u issa Malta ser ikollha riga sabiex tkejjel l-innovazzjoni, li minnu nnifsu huwa indikatur ta' kemm ser ikollna ekonomija msejsa fuq it-teknologiji moderni.
15. Ir-Rapport jghid ukoll "Jekk se nsegwu l-UE f'kollox, ikun minnufih ta' siwi ghall-ekonomija Maltija jekk il-Gvern johloq dokument ta' politika ta' innovazzjoni li tkun tiswa bhala gwida ghal kulhadd u jhaddan ukoll politika ta' R & D". Il-KMXT diga' identifika li R & D huwa qasam fejn jehtieg ippjanar. Il-Business Plan li gejja l-istess Kunsill jidentifika li bhala wiehed mill-ewwel progetti ghandu jkun Audit tar-Ricerka u zvilupp li jsir f'dan il-pajjiz. L-istess audit wara jservi bhala bazi ghall-politika ghar-R&D. Dan il-process huwa wkoll imbuttat mill-istess partecipazzjoni taghna fl-FP5. Wahda mill-preokkupazzjonijiet li jezistu hija kemm pajjizna kapaci jaghmel ricerka u zvilupp. Process li jrid jinbeda wkoll huwa dak li nibnu l-kapacita` taghna ghar-ricerka u zvilupp. Waqt in-negozjati ghas-shubija ta' Malta fl-FP5, intalab tnaqqis fuq is-sehem li thallas Malta ghall-partecipazzjoni. L-UE approvat tnaqqis ta' 20% basta l-flus iffrankati jintefqu fuq din il-capacity building. Dan indirettament huwa hidma li ser issostni l-process ta' ristrutturizzazzjoni mbuttata mill-UE.
B'mod lampanti u tal-misthija, ir-rapport jarmi l-jeddijiet tal-konsumaturi u tas-sahha u s-sigurta` fuq il-post tax-xoghol billi jistaqsi x'jiswew dawn jekk imbaghad wiehed ma jkollux xoghol. Huwa inkredibbli kif dan it-tip ta' diskors li jizvaluta l-pregju tal-hidma tal-Gvern u ta' l-UE favur id-drittijiet tal-konsumaturi u tal-haddiema jigi minn trade union li suppost titkellem ezattament bl-oppost. Mhux biss. Izda, filwaqt li tbezza' li permezz ta' shubija jista' jonqos ix-xoghol, per ezempju, tal-haddiema fil-qasam ta' l-ghamara, ir-rapport tal-GWU jonqos milli jghid illi kemm jekk wiehed jaghzel it-triq tas-shubija u kemm jekk le, il-levies fuq l-ghamara mportata xorta kienu se jitnehhew. Dan ifisser illi, jekk xejn, it-theddida li qed tara l-GWU tinsab ukoll jekk wiehed jadotta l-politika tal-Partit Laburista.
Ir-rapport lanqas ma' jghid illi filwaqt li fis-sentejn li fihom Malta mxiet fuq it-triq tal-Partit Laburista il-qghad f'Malta spara 'l fuq, filwaqt li minn meta giet riattivata l-applikazzjoni ta' Malta, il-qghad beda niezel u issa jinsab taht kontroll. Kif, mela, trid il-GWU tbezza' bil-qghad "sfrenat" jekk Malta tissieheb fl-UE, meta l-fatti qed jixhdu bil-maqlub ta' dan?
Ir-rapport tal-GWU huwa rapport zbilancjat ghall-ahhar u determinat li jservi ta' skuza biex l-Ufficjali tal-GWU jaslu ghall-konkluzjoni negattiva predeterminata dwar shubija. Nghidu ahna, f'parti minnhom, jissemma li "Aktarx li l-UE se tichad hafna mid-derogi mitluba minn Malta". Din hija dikjarazzjoni assolutament bla bazi ghaliex in-negozjati fuq dawk l-oqsma u aspetti fejn Malta ghamlet talbet ghal perjodi transitorji jew arrangamenti specjali ghad iridu jibdew jigu diskussi. Ghall-GWU donnu diga' fatta li Malta mhi se tiehu xejn min-negozjati. Dan juri kemm ir-rapport huwa fqir u zbilancjat. Issa x'se tkun il-pozizzjoni tal-GWU jekk, kontra kull mistennija tal-GWU, il-Gvern Malti jirnexxielu jiehu r-ragun fuq it-talbiet li qed jaghmel waqt in-negozjati? Il-GWU se terga' lura mill-pozizzjoni taghha?
F'parti ohra, jissemma r-rapport imhejji mill-Kummissjoni dwar il-progress li Malta qed taghmel lejn shubija. Ir-rapport ma' jghid xejn minn dak li qalet il-Kummissjoni dwar l-avvanz kbir li Malta qed taghmel fit-thejjija taghha ghal shubija. Minflok, bl-aktar mod sfaccat, ir-rapport tal-GWU isemmi biss l-aspetti negattivi li hargu fir-rapport tal-Kummissjoni.
Fir-Rapport "Il-GWU waslet ghall-konkluzjoni li l-kwestjoni principali m'hix jekk Malta ghandhiex tidhol jew le fl-Unjoni Ewropeja. Il-kwestjoni hija li l-Gvern mhux jiehu l-mizuri li huma xierqa biex ir-ristrutturazzjoni tirnexxi." F'nifs il-GWU tghid kemm ahna mexjin bil-mod u f'nifs iehor tilmenta mill-pass mghaggel li bih il-Gvern qed jispingi l-process tar-ristrutturazzjoni. Meta tiehu dan l-attegjament kontradittorju l-GWU isservi ta' brejk zbaljat fuq ir-ritmu mehtiega ghall-izvilupp ta' pajjizna. L-istorja ta' l-ahhar tletin sena turi li tlifna hafna opportunitajiet ghaliex il-pajjiz ma ghaggilx aktar il-bidliet indikati mis-sinjali taz-zmienijiet.
Konkluzjoni
Wara li flejna l-imsemmi studju, ma nistghux ma nikkonfermawx li r-Rapport la hu denn tal-GWU, "l-akbar ghaqda tal-haddiema f'pajjizna" kif jintqal fil-Mozzjoni, u wisq anqas tal-mument storiku li pajjizna qed jaffaccja. Barra minn hekk, ir-rapport bl-ebda mod ma jipprovdi bazi valida ghall-konkluzjoni negattiva li l-Mozzjoni qed tipprezenta lill-Konferenza kontra s-shubija. Il-kwantita` ta' zbalji u misinformazzjoni li fih ir-rapport juri bic-car li l-GWU falliet bil-kbir fid-dmir dikjarat li "jkunu mgharbla l-impatti li jolqtu lil Malta bis-shubija taghha bhala membru shih fl-Unjoni Ewropea" izda rnexxiet bis-shih filli tipprezenta stampa pregudikata, negattiva u partigjana dwar l-istess kwestjoni. Dan hu servizz hazin u ingust mal-membri tal-GWU, mal-haddiema, il-pensjonanti u l-pajjiz kollu kemm hu.
Il-progress tal-poplu Malti jiddependi mhux biss mill-Gvern, izda wkoll, u f'mizura mhux zghira, mill-pozizzjonijiet li jiehdu l-istituzzjonijiet nazzjonali u l-ishab socjali. Il-GWU hija fost l-ishab ewlenin fit-tmexxija tal-pajjiz u ghaldaqstant iggorr responsabbilita` ewlenija flimkien mal-partijiet l-ohra ghall-progress u l-prosperita` tal-poplu Malti. L-istorja ta' l-ahhar hamsin sena hija xhieda tal-fatt li meta l-GWU hadmet b'mod genwin favur l-interessi tal-haddiema, allura gawda l-poplu kollu. Meta l-GWU halliet il-passjoni politika partigjana teghleb l-interessi genwini tal-haddiema u tal-pajjiz, allura bata l-poplu kollu.
M'hemmx dubju li hu dritt sagrosant tal-GWU li tesprimi ruhha fuq kull kwestjoni li tista` tolqot lill-haddiema u lill-pajjiz. Izda daqstant iehor inqisuh sagrosant li l-GWU ghandha d-dmir li taghmel dan minghajr motivi ulterjuri u partigjani. Trid u ma tridx kull pozizzjoni li tiehu l-GWU ikollha jew effett posittiv jew effett negattiv fuq il-progress u l-prosperita` tal-pajjiz. Kull ma taghmel ghandu sew effett immedjat kif ukoll effett fit-tul fuq id-destin ta' pajjizna. Dan kollu jghabbi l-GWU bil-piz biex fil-kwestjoni dwar is-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea turi bil-fatti li l-pozizzjoni li qed tiehu hi ispirata biss mill-interess nazzjonali. Ghal kuntrarju, ir-rapport finali hu prova cara li f'din il-kwestjoni l-GWU hi ispirata biss mill-interess partigjan dettat mill-istrategija tal-Partit Laburista.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN