IN-NISA F?KARIGA FEJN JITTIEHDU D-DECIZJONIET FIS-SERVIZZ PUBBLIKU MALTI
F'laqgħa li saret nhar il-Ġimgħa 2 ta' Frar 2001, il-Professur Patricia Leighton mill-Universita' ta' Glamorgan, Wales, ippreżentat rapport lis-Sur J R Grima, Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u Kap tas-Servizz Pubbliku tal-Gvern ta' Malta. Ir-rapport huwa msemmi: "Maximising talent for the Public Service - A strategy for increasing the representation of women in decision-making positions in the Maltese Public Service".
'?all-laqgħa attendew ukoll is-Sur J Ebejer, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, s-Sur J Izzo, Direttur Generali tal-‘Management and Personnel Office', is-Sinjorina A Caruana Colombo, Direttur għal ‘Employee Relations', is-Sinjura R Laiviera, Direttur, Nisa fis-Soċjet'?, u s-Sinjura S Vella, Chairperson tal-Kummissjoni għall-Avvanz tan-Nisa.
Il-Professur Leighton ħadmet mad-Direttur, ‘Employee Relations' u d-Direttur, Nisa fis-Soċjet'?, għal dawn l-aħħar xahrejn. Hi kellha laqgħat estensivi ma' diversi setturi fis-Servizz Pubbliku u kellha wkoll aċċess għal statistiċi, regolamenti, li'ij'?t u rapporti fuq dan is-su''ett.
Ir-rapport jaċċenna għall-metodu li l-Professur Leighton użat fl-istħarri' tagħħa u l- kwistjonij'?t fuq dan is-suggett li tqajjmu sija lokalment, kif ukoll barra minn Malta. Dan ir-rapport jippreżenta wkoll għoxrin (20) rakkomandazzjoni li bihom tista' tinħadem strate'ija b'?x in-nisa jkollhom aktar sehem fid-deciżjonij'?t li jitt'?ħdu fit-tmexxija tas-Servizz Pubbliku. Dawn ir-rakkomandazzjonij'?t jiffukaw fuq l-aspetti pożittivi tal-‘policy' eżistenti dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u ‘gender mainstreaming' kif ukoll fuq il-poteri li jistgħu jingħataw lill-Kapij'?t tad-Dipartimenti b'?x joħolqu arran'amenti flessibbli fid-dawl ta' ‘policy' li tagħti opportunitaj'?t indaqs, u fuq it-taħrig u żvilupp. Ir-rapport jittratta wkoll fuq l-ippjanar tal-karr'?ra, u skema ta' appo'' fil-karr'?ra, u ‘Gender Focal Points' iktar effettivi.
Ir-rakkomandazzjonij'?t jiffukaw ukoll fuq kriterji, trasparenza u rapporti ta' emendament fil-proċeduri ta' għażla għal taħri' u promozzjonij'?t, kif ukoll fuq li n-nisa jkunu iktar preżenti f'dawn il-proċeduri. Dan ir-rapport jaċċenna wkoll għal skemi ta' dħul u orjentament mill-gdid lejn ix-xoghol li għandha tingħata lil dawk l-uffiċjali li kellhom iħallu s-servizz jew jaħdmu sigħat imnaqqsa. Fir-rapport tingħata wkoll emfasi fuq il-bzonn li ti'i fis-seħħ struttura legali dwar opportunitaj'?t indaqs.
Parti miz żjara ta' Professur Leigħton k'?net finanzjata mill-"Commonwealth Fund on Technical Co-operation" kif ukoll mill-Gvern ta' Malta.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN