PUNTI MINN DISKORS LI L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GĦALL-AMBJENT, GĦAMEL FL-IMTARFA, META ŻAR PROĠETT BI SĦAB GĦAL TINDIF LI QED ISIR BEJN IL-GVERN U L-KUNSILL LOKALI
Pro'ett ta' tindif bi sħab
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li kien ta' pjaċir għalih li jassisti għal dan il-pro'ett bi sħab bejn il-Kunsill Lokali ta' l-Imtarfa u l-Gvern. Kien pro'ett fejn kwantitajiet kbar ta' skart kien qed jitneħħa minn post fejn ma kienx awtorizzat id-disponiment ta' l-iskart.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Ministeru tiegħu kien bħalissa għaddej bi programm vast ta' tindif mal-pajjiż kollu bl-iskop li l-gżejjer tagħna jingħataw dehra aħjar u l-poplu jkun jista' jgħix f'ambjent aħjar.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Ministeru tiegħu kien lest jaħdem ma' kulħadd fit-tindif tal-pajjiż. Qal li s'issa kien qed iwettaq pro'etti ta' tindif permezz ta' l-Unit għall-Ambjent Nadif. Iżda minn dan il-pro'ett li kien qed jitwettaq fl-Imtarfa jidher li hemm triq oħra li setgħet tittieħed, dik tal-pro'etti bi sħab bejn il-Gvern u l-Kunsilli.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Unit għall-Ambjent Nadif fl-1999 naddaf 84 kilometru ta' toroq minn fejn neħħa 350 trakk jew 2,900 tunnellata ta' materjal. Fl-2000 l-istess Unit neħħa aktar minn 1,500 trakk jew 6,800 tunnellata ta' materjal minn 670 kilometru ta' toroq.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li permezz tal-Malta Embellishment Campaign Steering Committeee, li twaqqaf f'dawn l-aħħar 'imgħat fi ħdan il-Ministeru tiegħu, kienu qed isiru pjani biex postijiet li jitnaddfu minn kwantitajiet kbar ta' skart u li jkollhom valur ambjentali jissebbħu. Hu qal li pro'ett bħal dan kien qed jitħejja għall-inħawi ta' '?ar '?assan u l-Fortizza ta' Bengħajsa minn fejn f'dawn l-aħħar 'imgħat ħaddiema mill-Unit għall-Ambjent Nadif neħħew aktar minn 150 trakk ta' skart.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech ħabbar ukoll li fil-jiem li 'ejjin il-Ministeru tiegħu kien se jipprovdi servizz ta' freephone bejn id-9 u nofsinhar għal min ikollu ilmenti dwar indafa u disponiment ta' skart f'inħawi pubbliċi, l-aktar f'toroq tal-kampanja. Hu qal li permezz ta' dan is-servizz il-Ministeru kien jemmen li ħafna minn dawk li jiddisponu mill-iskart tagħhom b'mod illegali jibdew jaħsbuha darbtejn.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li dak li kien qed isir fl-Imtarfa bejn il-Kunsill Lokali u l-Gvern kellu jservi biex tikber il-koperazzjoni bejn kulmin irid jara l-pajjiż nadif. U biex aktar nies jifhmu kemm hu importanti li pajjiżna nżommuh nadif mhux biss biex nidhru sbieħ estetikament iżda anke biex it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jitilgħu aktar b'saħħithom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN