Left arrow Go Back

SILTIET MID-DISKORS TA? L-ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GĦALL-AMBJENT, FL-OKKAZJONI TAL-MEDIA LAUNCH TAL-"KITCHENS AND BATHROOMS FAIR" - FAIR GROUNDS, NAXXAR ? l-Erbgha, 31 ta? Jannar 2001

pr0120
Date Icon 01/02/2001

Espansjoni fl-industrja tal-kostruzzjoni

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li m'hemmx dubju li teżisti rabta bejn kemm jikber in-negozju tal-kċejjen u l-kmamar tal-banju u l-iżvilupp fl-industrja tal-bini.

Francis Zammit Dimech sostna li din l-industrja re'għet bdiet tirpilja wara perijodu ta' sta'nar. Hu qal li dan jirriżulta minn diversi fatturi marbuta ma' dan is-settur. Hu qal li fir-Quarterly Review tal-Bank Ċentrali ta' Malta ta' Diċembru 2000 insibu li l-industrja tal-kostruzzjoni żiedet l-impjiegi fit-tliet xhur ta' bejn Lulju u Settembru. Ir-rapport jinnota li dan seħħ għal raba' tliet xhur konsekuttivi. Jirriżulta wkoll minn ċifri ippubblikati mill-Uffiċju Ċentrali ta' l-Istatistika li bejn Settembru 1998 u Ottubru li għadda n-numru ta' ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni żdied b'311, jew b'5.6 fil-mija – minn 5,510 għal 5,821.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-'imgħa l-oħra kellu laqgħa mal-Federazzjoni tal-Kuntratturu tal-Bini u In'inerija Ċivili li matulha l-uffiċjali tal-Federazzjoni urew it-tħassib tagħhom dwar il-problema li kienu u qed iħabbtu wiċċhom magħha ta' nuqqas ta' nies tas-sengħa fis-settur tal-kostruzzjoni. Il-Federazzjoni jridu li j'ibu ħaddiema minn barra. Il-Ministru qal li ma kenitx il-politika tal-Gvern li j'ib ħaddiema barranin iżda kien se jagħmel dak kollu possibbli biex fil-pajjiż ikun hawn il-ħaddiema kollha meħtie'a għas-settur tal-kostruzzjoni. Settur li mistenni jkompli jespandi matul din is-sena darba l-pro'etti kapitali li di''? nbeda x-xogħol fuqhom tul l-aħħar xhur jaqbdu r-ritmu. U anke darba jibdew jitwettqu pro'etti kapitali oħrajn.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li sehem l-industrja tal-kostruzzjoni fl-ekonomija tal-pajjiż hu wieħed sinifikattiv. Fl-20 sena, bejn l-1980 u l-1999, 185,000 unit ta' bini bidlu l-idejn. Il-bejgħ globali tal-proprjet'? fl-istess perijodu kien ta' Lm1,375 miljun li Lm121 miljun minnhom inbiegħu lill-barranin. Il-Ministru Zammit Dimech qal li filwaqt li fl-1998 l-bejgħ ta' proprjet'? kien ta' Lm132 miljun fl-1999 tela' għal Lm178 miljun.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li f'dawn l-aħħar sentejn kiber ukoll b'ritmu mgħa''el ukoll is-self għall-bini, modernizzar u estensjonijiet ta' djar għall-abitazzjoni, indikatur ieħor li aktar nies kienu qed jinvestu fil-proprjet'?. Qal li l-Maltin u l-'?awdxin huma konxji li l-investiment fil-proprjet'? hu wieħed sod. Tant li filwaqt li fl-1980 unit ta' proprjet'? kien jiswa medja ta' Lm3,133 il-prezz tela' għal medja ta' Lm20,749 fl-1999 – jew kważi b'seba' darbiet aktar.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-indikazzjonijiet kollha huma li l-industrja tal-bini se tkompli tespandi. Min dan l-infiq akbar m'hemmx dubju li jgawdi kulħadd. Qal li kien jawgura li l-bejjiegħa rappreżentati f'din il-fiera jieħdu s-sehem tagħhom ukoll mill-'id li qed jitkattar fil-pajjiż.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow