STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
L-aħbar imxandra minn One News il-bieraħ fil-għaxija, u ripetuta minn Super One Radio matul il-'urnata tal-lum tista' titqies biss bħala manipulazzjoni.
L-aħbar kienet tiċċentra madwar il-fatt li l-vapur "Castor" tħalla jankra viċin il-kosta Maltija meta portijiet oħra madwar il-Mediterran ma ħallewħx jankra.
Il-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni jiċħad bil-qawwa kollha li f'xi ħin il-vapur imsemmi ngħata permess mill-Awtoritajiet Maltin biex jankra x'imkien. Iktar u iktar ma ngħata l-ebda permess biex jankra viċin il-kosta Maltija.
One News innifsu kien f'qagħda li jikkonferma li l-vapur ma kienx ankrat qrib il-kosta Maltija, għaliex fl-ebda ħin ma wera l-vapur indikat li suppost kien ankrat qrib Malta. Minkejja li l-istazzjon wera tug boat fil-baħar, u wera ukoll lil Filfla mkien ma deher il-vapur Castor. Min 'ibed il-filmat innifsu w l-pilota ta' l-ajruplan jistghu jikkonfermaw li fl-ebda ħin ma raw jew lemħu il-vapur, 17 –il mil bogħod minn Malta jew x'imkien ieħor. Minbarra dan iżda, l-informazzjoni li għandu l-Ministeru turi li fil-ħin li suppost li l-vapur kien ankrat qrib Malta , l-istess vapur kien qed ji'i mi'bud minn tug boat, madwar mitt mil bogħod minn Malta.
Għalhekk, dak li 'ie deskritt bħala żvelar ta' fatti li nżammu moħbija mill-Awtoritajiet Maltin jista' jitqies biss bħala 'idba sfaċċata.
Għal dak li jirrigwarda l-protezzjoni ta' l-ibħra Maltin, il-pubbliku Malti għandu jkun jaf li ma kien hemm l-ebda żejt li kien qed ji'i trasferit mill-vapur indikat, u għalhekk qatt ma seta' jkun hemm tin''iż fil-baħar, ħdejn iż-Zurrieq.
Dwar l-inċident tal-vapur innifsu, liema vapur kien rifjutat minn diversi portijiet barranin l-Awtorita' Marittima Maltija qed tkompli tara kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni u wkoll x'obbligi internazzjonali jista' jkollha bħala Awtorita'.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN