IL-MINISTERU GHALL-AMBJENT JIEHU PASSI BIEX JELIMINA RWEJJAH FIL-BAJJA TAL-PIETA?
Il-Ministeru għall-Ambjent ilu għal dawn l-aħħar 'imgħat jieħu l-passi kollha meħtie'a biex jelimina l-irwejjaħ li hemm fil-Bajja tal-Pieta'.
Id-Dipartiment tad-Drena'', fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, qed jinvestiga x'jista' qed iwassal għal dan it-tni''iż li fe'' għall-ewwel darba f'din il-bajja madwar 30 sena ilu, u re'a' fe'' 10 snin ilu. Fiż-żew' każijiet kien sar stħarri' intensiv, li ħa 'imgħat ta' testijiet, qabel ma nstab is-sors tat-tni''iż.
Id-Dipartiment tad-Drena'' f'dawn l-aħħar jiem:
§Naddaf mill-ħama li tin'abar tul iż-żmien il-main prinċipali antik li minn Tal-Pieta' jwassal sa l-Imsida.
§Naddaf il-main prinċipali 'did li jagħti għal Pumping Station Tal-Pieta' li saret bħala booster pump biex tgħin l-istess sistema, peress li parti kbira tad-drena'' mill-Isptar Karen Grech taqa' fuq dan il-main.
§Sewwa r-rising main u tbiddel il-flash valve fl-istess pompa biex qed taħdem normali.
§Issewwiet ħsara li saret fuq il-main prinċipali faċċata tal-baħar. Minħabba din il-ħsara, ammont ta' drena'' beda jisbokka fir-rain water culvert.
§Kienu spezzjonati r-rain water culverts li mill-Hamrun iwasslu għall-Bajja tal-Pieta'.
§Instabet ħsara fil-main tad-drena'' fi Triq id-Duluri. Rapport bis-CCTV(closed circuit television) għandu jsir kmieni l-'imgħa d-dieħla.
§Qed isiru testijiet minn diversi lokalitajiet li hemm suspett li minnhom qed isir tni''iż.
Il-Ministeru għall-Ambjent se jkompli jaħdem biex jinstab is-sors tat-tni''iż u biex jelimina din ir-riħa li bla dubju hi ta' inkonvenjent għal min joqgħod fl-inħawi jew jgħaddi minnhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN