Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHAL POLITIKA SOCJALI, FL-OKKAZJONI TAL-KONFERENZA NAZZJONALI 2001 - KUNSILL NAZZJONALI TAZ-ZGHAZAGH "IZ-ZGHAZAGH, IX-XOGHOL, IL-UNIONS U S-SIGURT"

pr0106
Date Icon 29/01/2001

President Kummissjoni Nazzjonali taz-Zghazagh, Sinjuri:

Nixtieq qabel xejn nirringrazzja u nghid prosit lill-Kummissjoni Nazzjonali taz-Zghazagh ghal din l-inizjattiva. L-organizzazzjoni ta' konferenza biex iz-zghazagh jiddiskutu suggetti ta' importanza bhal ma huma x-xoghol, il-Unions u s-sahha u s-sigurt'?, hija haga li jisthoqqilha tifhir u nkoraggiment. Ghaliex, attivit'? bhal din tmeri lil kull min huwa xettiku dwar iz-zghzagh Maltin. Tikkonferma li z-zghazagh taghna ghandhom vuci u lehen u li jridu li jinstemghu ghaliex ghandhom x'jikkontribwixxu ghal gid taghhom u tal-pajjiz.

F'isem il-Gvern, mhux biss nifirhilkom, imma ninkoraggikom biex terfghu izjed milli erfajtu s'issa. Il-Gvern li jiena nirrappresenta dig'? wriekom li dak li jemmen iwettqu. Tajnikom vuci u spazju fil-Kummissjoni li waqqafna biex tigi ezaminata s-sistema tal-welfare f'pajjizna. Minn hawn u ftit iehor ser nippubblikaw ligi li twaqqaf ufficjalment lill-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku, u ser tindunaw li anke hemmhekk, ftahna spazju gdid biex intom taghtu sehemkom.

Ahna nemmenu li l-futur ta' pajjizna huwa f'idejkom izjed milli f'idejna. U huwa proprju ghalhekk li l-intenzjoni taghna hi li nkomplu naghtu vuci u sehem liz-zghazagh fit-tmexxija tal-pajjiz u fit-tiftix tas-soluzzjonijiet li l-pajjiz ghandu bzonn li jsib sabiex jassigura futur u kwalit'? tal-hajja ahjar ghall-gejjieni.

Dan it-twemmin gej mill-fatt li l-Gvern jemmen li z-zghazagh huma d-dirghajn futuri tal-pajjiz, huma r-rizors ewlieni li bihom l-ekonomija Maltija tista' tizviluppa u taggorna ruhha sabiex pajjizna jistabilixxi ekonomija soda u moderna b'valur mizjud u kompetittiv fis-suq Ewropew u globali. Xejn ma' jista' jinnega l-fatt li z-zghazagh illum zdiedulhom l-opportunitajiet, u dawn l-opportuitajiet ser ikomplu jizdiedulhom aktar ma' jghaddi z-zmien. Zdiedu wkoll, madankollu, l-isfidi li qed jaffaccjaw iz-zghazagh. Huma sfidi ta' valuri daqs kemm huma sfidi frott ta' l-era moderna li qieghdin nghixu fiha. Imma huma sfidi li joffrulna opportunitajiet eccitanti li ma nistghux nitilfu jew nizolqu minnhom.

Il-biza' tal-gejjieni qatt ma kien ingredjent tal-karattru taz-zghazagh. Anzi, l-entuzjazmu li tesplora l-gdid, li tirkeb l-opportunitajiet li jigu ghal idejk, li ma thalli lil hadd icekknek – kollha kienu, u j'Alla jibqghu, ingredjenti vitali li fuqhom tinbena dik l-energija tipika taghkom u li pajjizna tant jiddependi minnha.

Fost l-opportunitajiet u t-toroq godda li qed u ser jinfethu ghaz-zghazagh huma dawk l-opportuitajiet li ser jinfethu bis-sahha tas-shubija ma' l-Unjoni Ewropea. Jghidu x'jghidu x-xettici u dawk li huma kontra s-shubija, l-Unjoni Ewropea tiftah orizzonti kbar u ser tipprovdi liz-zghazagh Maltin opportunitajiet liema bhalhom. Ghalkemm ghadna pajjiz applikant dig'? bdejna nibbenefikaw minn ftit minn dawn l-opportunitajiet. Il-programmi edukattivi tal-‘Leonardo da Vinci' u ‘Socrates' huma ezampji ta' kif l-Unjoni Ewropea toffri esperjenzi ta' xoghol u tahrig f'pajjizi barranin. Diversi studenti u zghazagh Maltin dig'? bdew jiehdu sehem f'din l-esperjenza, u jidher li l-interess fihom zdied sew, tant li d-domanda hija bil-wisq akbar mill-ammont ta' esperjenzi li jistghu jigu offruti.

Nahseb illi z-zghazagh ghandom sehem kbir x'jaghtu fit-twettiq tal-programm tal-Gvern ghall-shubija fl-Unjoni Ewropea. Iz-zghazagh huma l-akbar beneficjarji ta' dan il-progett ghaliex bis-sehem taghhom jistghu jassiguraw futur mimli b'opportunitajiet li ma jistghux jinkisbu jekk mhux bis-shubija. Il-moviment hieles tal-haddiema, it-tahrig biex inlahhqu ma' zviluppi teknologici u r-rikonoxximent tal-hila huma aspetti importantissimi sabiex inkabbru l-kompetittivit'? taghna bhala haddiema kif ukoll bhala pajjiz.

Barra minn dan, il-futur taz-zghazagh fid-dinja tax-xoghol jidher li ser ikun wiehed eccitanti, imma wiehed wkoll li joffri sfidi. Tajjeb inharsu lejn ix-xejriet li qed jinbtu u li issa ilhom ftit maghna. Xejriet li jkun tajjeb li z-zghazagh jifluhom sew sabiex ikunu jistghu jfasslu u jippjanaw sew il-karrieri taghhom. Ser intikom ftit ezempji. F'Jannar li ghadda, gew reklamati 337-il impjieg. Minn dawn 15.4%, l-akbar persentagg, kien jirrigwarda impjiegi fil-qasam ta' l-informatika, it-telekomunikazzjoni u l-kummerc elettroniku. X'ifisser dan?

Ifisser li Malta qed tingrana ruhha fuq ix-xejriet internazzjonali li aktar ma jmur aktar qed juru l-bzonn ta' nies imharrga u specjalizzati fuq dak li llum qed jissejjah l-ekonomija l-gdida – ekonomija bbazata fuq it-teknologija tal-informatika u l-komunikazzjoni. Jidher li ghalkemm, kif ghidt, Malta ghada qed tingrana ruhha f'dan il-qasam, dig'? beda jinhass nuqqas kbir ta' haddiema f'dan il-qasam, tant li qed jikber l-ammont ta' azjendi li qed jitolbu permessi minghand il-Gvern sabiex jimpjegaw nies barranin. Naturalment, hija xewqa tal-Gvern li dawn l-impjiegi jigu mimlija minn haddiema kapaci Maltin, tant hu hekk, li l-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig matul dawn l-ahhar xhur nediet inizjattivi ta' tahrig fil-qasam ta' l-informatika sabiex tharreg aktar haddiema f'dan il-qasam. Fil-fatt, numru ta' haddiema zghazagh li kienu qed jirregistraw sabu impjieg bis-sahha ta' dawn il-korsijiet li offriet l-ETC.

Nahseb li l-qasam ta' l-informatika ghalhekk ser joffri sfidi u opportunitajiet kbar liz-zghazagh. Hemm bzonn li aktar zghazagh jitharrgu u jkollhom il-hiliet necessarji sabiex ikunu jistghu jahtfu dawn l-opportunitajiet li qed jinholqu permezz ta' l-ekonomija l-gdida. B'dan kollu f'mohhna rridu noqghodu attenti sabiex dan il-process ta' globalizzazzjoni ma' jkabbarx id-distanza bejn dawk li jafu u dawk li ma jafux kif spiss jigri meta' gvern jiffoka fuq il-progress ekonomiku minghajr ma' jkejlu bir-riga tal-progress socjali.

Dan il-Gvern jemmen li jrid izewweg l-ekonomija ta' pajjizna mal-kwalit'? tal-hajja ta' kull individwu, u ghalhekk jaghti prijorit'? qawwija lil dawk iz-zghazagh li jinsabu fi bzonn jew li ghandhom bzonnijiet specjali sabiex jipprovdi ambjent li jkompli jiftah opportunitajiet u sfidi. Tajjeb ninnotaw, per ezempju, li dawk iz-zghazagh li l-aktar isibuha difficli biex isibu impieg fiss, huma dawk li m'ghandhomx livell ta' edukazzjoni addattat ghal bzonnijiet ta' l-ekonomija taghna tallum – ahseb u ara d-diffikultajiet li jistghu jezistu fis-snin li gejjin meta t-teknologija ser tkompli taqleb il-mod ta' kid ghexna u kif hdimna sallum.

Aktar min-nofs taz-zghazagh li qed jirregistraw ghax-xoghol f'Malta, huma zghazagh li ghandom livell edukattiv baxx jew huma bla sengha (unskilled) u dan qed jaghmilha difficli sabiex isibu mpjieg. Dan mhux biss naghrfuh, imma qieghdin naghmlu hilitna biex nindirizzaw din l-isfida ewlenija. Pajjizna ma' jaffordjax rizorsi umani rieqda jew li mhumiex jigu utilizzati fil-massimu possibli.

Huwa f'dan ir-rigward li l-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig hejjiet pjan ambizzjuz sabiex tizviluppa u tipprodi opportunitajiet ta' xoghol lil dawk iz-zghazagh li jkunu qed isibuha difficli jidhlu f'impjieg. Fix-xhur li gejjin fil-fatt ser tigi mnedija il-Job Start Youth Initiative, programm immirat ghaz-zghazagh li jkunu qed jirregistraw billi jipprovdi intervent minn kmieni. Dan ser isir billi hekk kif zaghzugh jkun ilu tlett xhur minghajr impjieg issirlu intervista fit-tul sabiex jigu identifikati l-hiliet, filwaqt li jinghata pariri dwar l-opportunitajiet ta' impjieg li jkunu jezistu fis-suq. Il-Koporazzjoni ser toffri wkoll programm ta' 40 siegha li jinkludi tahrig fuq il-kisba ta' impjieg, flimkien ma' tahrig fl-informatika.

Ser jkomplu wkoll jigu rfinuti l-apprendistati sabiex dawn ikunu aktar qrib tal-htigijiet ta' l-industrija u joffru esperjenzi ta' xoghol u tahrig fuq il-lant tax-xoghol. L-apprendisti jigu mpjegati minn kumpanija ghal perjodu massimu ta' sena, li matulha jircievu ta' l-anqas paga minima. Il-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig tissussidja 25% tal-paga u f'certa kazijiet, l-aktar f'dawk il-kazijiet ta' zghazagh li jinsabu zvantaggjati sejra tissussidja sa' 50 % tal-paga.

Nahseb li dawn l-inizjattivi li qed jiehu l-Gvern huma inizjattivi importantissimi u mehtiega. Huwa dover tal-Gvern li jipprovdi qafas socjali li permezz tieghu hadd ma jibqa' lura. Madankollu, nahseb li hemm lok ta' hafna inizjattiva f'dan il-qasam minn naha tal-Unions. Nahseb illi l-Unions f'pajjizna, kemm dawk li jirraprezentaw lill-haddiema kif wkoll dawk li jhaddmu ghandhom jerfghu parti mir-responsabbilt'? fil-provizjoni ta' tahrig u fit-tqabbil tal-hiliet mal-htigijiet tax-xoghol. F'diversi pajjizi madwar id-dinja kollha, l-imsiehba socjali jaghtu l-kontribut finanzjarju taghhom sabiex jipprovdu tahrig u opportunitajiet ghaz-zghazagh, u huma stess huma operaturi ta' tahrig kemm fil-qasam tal-akkwist tal-hiliet, kif wkoll fit-tharis tas-sahha u s-sigurt'? fuq il-post tax-xoghol.

Tajjeb ninnutaw li s-siehba socjali huma rapprezentati fuq il-Bord tal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig. Ir-rapprezentazzjoni mhix bizzejjed! Hemm bzonn ta' azzjoni pozittiva minn min ihaddem sabiex jipprovdi tahrig sabiex jigu sodisfatti l-htigijiet tas-suq tax-xoghol. Ippermettuli naghtikhom ezempju. L-industrija tal-kostruzzjoni u tal-bini ghandha quddiema sfida kbira tant li mhux qed jinstabu haddiema bil-hiliet necessarji f'dan il-qasam. Nahseb li l-industrija stess ghandha hafna x'tibbenefika jekk hi stess tissussidja u tniedi programmi ta' tahrig fuq il-lant tax-xoghol sabiex tharreg haddiema zghazagh f'dan ir-rigward. Ghalfejn ghandu jkun il-Gvern biss li johrog b'soluzzjonijiet meta huwa fl-interess ta' l-industrija tal-kostruzzjoni li ssib haddiema tajbin halli jlahhqu mad-domanda tax-xoghol?

L-istess jista' jinghad fil-qasam ta' Unions li jirraprezentaw lill-haddiema. Huma dawn il-Unions li jridu jassiguraw li l-haddiema li jirraprezentaw jigi garantit lilhom tahrig kontinwu u matul l-impjieg taghhom sabiex qatt ma jitilfu l-kompetittivit'? taghom fis-suq tax-xoghol u sabiex ikabbru l-produttivit'? ta' dak li kapaci jaghmlu. Dan hemm bzonn li jigi negozjat b'aktar sahha u impenn mill-Unions sabiex jigi assigurat li l-haddiema Maltin huma dejjem aktar lesti ghall-bidliet li ggib maghha ir-ristrutturazzjoni ekonomika u l-progress teknologiku.

Fil-qasam tas-sahha u s-sigurt'? fuq il-post tax-xoghol, il-Gvern haseb dig'? sabiex jipprotegi liz-zghazagh. Kien dan il-Gvern li ppublika regoli godda sabiex jigu protetti z-zghazagh taht l-et'? fuq il-post tax-xoghol, filwaqt li ppublika wkoll regolamenti sabiex jipprotegu lil dawk kollha li jahdmu quddiem screen tal-kompjuter sabiex ihares lil numru dejjem akbar ta' nies (il-maggoranza zghazagh) li qed jidhlu fl-industrija ta' l-informatika u t-telekomunikazzjoni. Permezz tal-Awtorit'? l-gdida ghas-Sahha u s-Sigurt'? fuq il-post tax-xoghol, il-Gvern qed jiehu Impenn qawwi sabiex dan il-qasam li s'issa ma tantx inghata Importanza, jigi infurzat u regolat b'mod li jipprotegi s-sahha tal-haddiema u b'hekk jissalvagwarda r-reputazzjoni ta' l-intraprizi u jnaqqas il-pizijiet finanzjarji fuq l-ekonomija Maltija. Anki f'dan is-sens, nahseb li l-Unions iridu jimpenjaw ruhhom aktar bis-shih, sabiex l-isforzi komuni taghna igibu l-bidla mixtieqa u li hi tant necessarja.

Naghlaq dan id-diskors tieghi, billi ntenni dak li bdejt bih. Iz-zghazagh Maltin ghandhom quddiemhom futur eccitanti u mimli esperjenzi. Is-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea tista' ggib fis-sehh l-aspirazzjonijiet ta' hafna zghazagh Maltin, filwaqt li ser tghin wkoll lill-ekonomija taghna sabiex tizviluppa ruhha u tkabbar lilha nfisha. Iz-zghazagh ta' llum huma tieqa fuq il-futur u mexxejja ta'ghada. F'dan is-sens nixtieq nkompli nheggeg lill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh sabiex ikompli jrawwem sens ta' solidarjet'? u impenn fost iz-zghazagh u sabiex ikunu xprun ghalina lkoll.

Prosit u Grazzi!

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow