Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX TQASSAM GĦOTJIET TA? Lm77,000 F?INĊENTIVI GĦALL-INDUSTRIJI GĦAWDXIN

pr0099
Date Icon 26/01/2001

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, nhar il-'?amis, 25 ta' Jannar, 2001 qassmet għotjiet li jammontaw għal iktar minn Lm77,000 f'inċentivi għall-industriji li joperaw f'Għawdex.

L-industrija Għawdxija għandha spejjeż addizzjonali, bħalma huma l-ispejjeż tat-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex. Għalhekk, l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali ta' l-1988 jipprovdi għall-għoti ta' inċentivi lil kumpaniji Għawdxin biex ikopru l-ispejjeż addizzjonali għat-trasport.

F'diskors li għamlet, il-Ministru Debono rreferiet għall-iżvanta''i u l-problemi li jiltaqgħu magħhom dawk li joperaw fis-settur industrijali f'Għawdex iżda saħqet ukoll li Għawdex joffri wkoll vanta''i u opportunitajiet. Hija qalet illi minkejja d-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-istess industriji Għawdxin, irnexxielhom mhux biss jipproduċu prodotti ta' livelli għolja, iżda wkoll jesportaw lejn pajjiżi 'l barra minn xtutna.

Il-kumpaniji li rċevew l-għotjiet kienu l-Parmagan Products, Cassar Weaving Ltd., FXB Ltd., Farmers Foods Ltd., Carefree Furniture Co. Ltd., JCR Ltd., MP Clothing Ltd., Xerri Animal Feed Co. Ltd., UDC Euro Ltd., Magro Bros (Foods) Ltd., Metal Can Ltd., Merit Precision Tools Ltd., Malta Dairy Products Ltd., Lloyd Shoe Manufacturing Co. Ltd., Gozo Aluminium u Topserv.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow