IL-MINISTRU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD JASSISTI GĦAL ĊERIMONJA TA? TĦAWWIL TA? SIĠAR MOGĦTIJA MILL-MINISTERU LILL-KUNSILL LOKALI TAS-SIĠĠIEWI FL-OKKAŻJONI TAL-JUM NAZZJONALI TAS-SIĠAR
"Il-ħajja mgħa''la li ngħixu fiha llum taljenana biex ftit li xejn nagħtu każ ta' l-ambjent ta' madwarna, b'mod partikolari s-si'ar. Is-si'ar u l-ambjent tal-madwar mhux biss joffru mkejjen għal mistrieh u għat-tgawdija tan-nies tal-lokal, iżda wkoll joffru kenn u abitat lil varjet'? kbira ta' ħlejjaq". Dan qalu l-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, fl-okkażjoni ta' tħawwil ta' si'ar fis-Si''iewi. Dan it-taħwil 'ie organizzat mill-Kunsill Lokali tas-Siggiewi sabiex ji'i mfakkar il-Jum Nazzjonali tas-Si'ar – National Arbor Day.
Il-Ministru Ninu Zammit qal li l-Ministeru dejjem saħaq fuq l-importanza ta' l-agrikoltura u l-impatt li din tħalli fuq l-ambjent rurali tagħna. Huwa faħħar il-ħidmiet tal-Kunsilli Lokali f'dan ir-rigward u fakkar illi dan il-Gvern dejjem wera fiduċja fil-ħidmiet tagħhom. Huwa jinkora''ixxi inizjattivi bħal dawn u wiegħed li Dipartiment ta' l-Agrikoltura jagħmel l-għalmu tiegħu sabiex dawn l-attivitajjiet ikunu possibbli. Il-Ministru Ninu Zammit stqarr il-konvinzjoni tiegħu li dawn l-attivitajjiet iservu biex il-Kunsilli jkomplu jitħe''u sabiex jikkontribwixxu għas-sbuħija tal-kampanja Maltija.
Il-Perit Ninu Zammit żied jgħid illi hu importanti, kif ukoll id-dmir tal-Kunsilli Lokali, li jipprote'u l-ambjent naturali tal-lokalit'? tagħhom, kif ukoll jagħtu sehemhom għall-landscaping fl-istess konfini. Illum, aktar minn qatt qabel, wieħed irid jifhem u japprezza r-rabta bejn il-ħidma agrikola u l-preservazzjoni tal-pajsa'' u l-kampanja tipika Maltija. Fil-fatt din ir-rabta issib l-għarfien tagħha fl-imsejjaħ multifunctionality tal-biedja, ji'ifieri, illi l-biedja sservi diversi funzjonijiet.
Il-Ministru Ninu Zammit temm jgħid li l-Plant Biotechnology Centre ta' Hal Lija qed jilħaq l-għan li għalieh 'ie mwaqqaf, għan li kemm il-bdiewa u kif ukoll il-Kunsilli Lokali ji'u provduti b'si'ar addattati għall-ambjent naturali tal-gżejjer Maltin.
Wara d-diskors tiegħu, il-Ministru Ninu Zammit ħawwel si'ra indi'ena – Popolus Alba – magħrufa bħala s-si'ra tal-Luq fil-preżenza ta' tfal ta' l-iskola tal-lokal.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN