INAWGURAZZJONI TA' COMENIUS ROOM FL-ISKOLA PRIMARJA 'PATRI GUZȠDELIA', SIGGIEWI U LAQGHA INAWGURALI FIL-BIDU TAL-PROGETT COMENIUS BEJN L-ISKOLA U SKEJJEL MILL-IRLANDA TA' FUQ, L-UNGERIJA U L-FILLANDJA
Mill-bidu tal-hatra tieghu, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni beda jahdem biex Malta tkun tista' tiehu sehem fil-programmi tal-UE (Leonardo, Socrates, Youth, Culture 2000 u Fifth Framework Programme). It-talba ta' Malta biex tiehu sehem f'dawn il-programmi giet milqugha immedjatament u, fl-1999, bdew jitwettqu l-mizuri mehtiega biex dan is-sehem ta' Malta jsehh.
Fil-bidu tas-sena 2000, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni waqqaf il-European Union Programmes Unit (EUPU) u l-Kumitati Koordinattivi ghal kull programm. Minbarra xoghol li sar fi programmi ohra, matul is-sena 2000, l-EUPU u l-Kumitat Koordinattiv tal-programm Socrates, wettqu hidma intensiva biex Malta tiehu l-akbar sehem fil-programmi kollha ta' Socrates, fosthom il-programm Comenius.
Matul is-sena 2000 l-EUPU ikkoncentra r-rizorsi tieghu fuq partecipazzjoni f'Leonardo u Socrates, u din is-sena, se niehdu sehem fil-Youth u l-Fifth Framework Programme. Permezz ta' dawn il-programmi diga' bdew igawdu numru kbir ta' studenti u ohrajn li ppartecipaw f'dawn il-programmi. Hu mistenni li hekk kif il-partecipazzjoni ta' Malta fil-programmi edukattivi ta' l-UE tizdied u tintensifika, in-numru u l-firxa ta' dawk li jgawdu minnhom tizdied sostanzjalment. Fil-programm Erasmus, per ezempju, filwaqt li ghas-sena akkademika 2000-2001 kien hemm 108 post ghal studenti Maltin f'Universitajiet barranin, is-sena li jmiss se jkun hemm iktar minn 270 post.
Biex iwettaq l-impenn tieghu ta' partecipazzjoni fil-programmi tal-UE, il-Ministeru ghamel l-investiment finanzjarju mehtieg. Fis-sena 2000, il-Gvern ivvota Lm414,000 mir-rizorsi tieghu biex Malta tiehu sehem fil-programmi Leonardo u Socrates.
Ghas-sena 2001, il-Gvern ivvota Lm1,215,000 ghall-programmi Leonardo, Socrates, Youth u Fifth Framework Programme. Minn din is-somma, Malta ser tircievi Lm371,900 mill-UE biex tghin lil Malta tiehu sehem f'dawn il-programmi.
Il-Programm COMENIUS
Il-programm Comenius hu intiz biex iqarreb skejjel Ewropej fuq progetti internazzjonali. Dan il-programm joffri hafna opportunitajiet lil skejjel Ewropej (mill-kindergarten sas-sekondarja).
L-iskejjel li jiehdu sehem f'dan il-programm joholqu progetti ta' kooperazzjoni fuq livell internazzjonali. Dawn il-progetti jdumu bejn sena u tliet snin.
Biex progett tal-Comenius jitwettaq irid ikun hemm mill-anqas tliet skejjel mill-UE (i.e. mill-membri stati) u skejjel ohra mill-membri assocjati (jigifieri membri applikanti ta' l-UE u n-Norvegja, l-Islanda u l-Leichenstein).
It-temi l-aktar li tippromwovi l-UE fil-programm Comenius huma:
1. Il-Wirt kulturali;
2. L-Identita' nazzjonali;
3. It-Tradizzjonijiet u folklor;
4. L-Ambjent;
5. Ic-Cittadinanza Ewropea;
6. Il-Letteratura;
7. Il-Muzika.
Sehem Malta fil-programm COMENIUS matul is-sena 2000
Wara li saru laqghat ta' informazzjoni mal-kapijiet tal-iskejjel fil-bidu tas-sena 2000, l-iskejjel Maltin u Ghawdxin bdew ifittxu skejjel Ewropej bhala siehba fi progetti tal-Comenius.
Il-Kumitat Koordinattiv tal-Comenius ukoll beda jircievi stedin minn skejjel Ewropej biex skejjel Maltin jiehdu sehem fi progetti Comenius.
F'Settembru 2000, rapprezentanti Maltin hadu sehem f'laqgha informattiva fi Brussels ma' Agenziji Nazzjonali biex Malta ssir aktar maghrufa fl-Ewropa u, halli jsiru aktar kuntatti ma' skejjel Ewropej.
Il-hidma ta' l-EUPU u l-Kumitat Koordinattiva tas-Socrates fis-sena 2000, tat il-frott.
Sa llum, hemm 21 skola Maltin (minn kull settur, Stat, Knisja u Independenti kemm Maltin kif ukoll Ghawdxin) li qed jiehdu sehem fi progetti ta' Comenius.
Dan in-numru (21) qed jikber kuljum minhabba li hemm madwar 20 skola registrati mal-EUPU li jghidu li jixtiequ jidhlu fi progetti.

Numru ta' studenti Maltin: 2171
It-temi li fihom qed jippartecipaw l-iskejjel Maltin huma:
L-Ambjent
L-Inbid u Agrikoltura
Il-Hajja ta' Kuljum tat-Tfal fl-Ewropa
Il-Belt jew Rahal tieghi
Il-Media u Ambjent
"Walled Cities"
Il-lingua tal-Pajjiz, Letteratura u Kultura bhala parti mill-Iskola Ewropea
CNC/ CIM Refrigeration and Air condition
Il-Passat huwa t-Tieqa ghall-Futur. Paragun bejn il-Kultura u l-Izvilupp Socjali
Il-Bahar
Djarju ta' Suldat
Kastelli matul iz-|minijiet
Il-Kultura u l-Identita' Taghna
L-Ilma
Hrejjef (Qodma u Godda)
Pajjiz Zghir bl-Identita' u l-Kultura Tieghu.
Skejjel imsiehba ma skejjel Maltin:
Germanja | 7 |
Irlanda ta' Fuq | 3 |
Portugall | 2 |
Italja | 11 |
Ingilterra | 2 |
Polonja | 4 |
Ungerija | 3 |
Svezja | 3 |
Franza | 2 |
Belgu | 1 |
Estonja | 1 |
Slovenja | 1 |
Grecja | 1 |
Irlanda | 5 |
Awstrija | 3 |
Fillandja | 1 |
Olanda | 2 |
Danimarka | 1 |
Spanja | 3 |
Slovakkja | 1 |
L-iSkola Primarja Patri Guze Delia, Siggiewi, ramat Comenius Room fl-iskola stess biex tintuza bhala workshop ghat-tfal kif ukoll biex jkunu esibiti xoghlijiet tat-tfal ta' l-iskejjel imsiehba fil-progett li dahlet ghalieh l-iskola tas-Siggiewi. Dan ghandhu jghin hafna biex il-progett Comenius li qed tippartecipa fih l-iskola jitwettaq bl-ahjar mod possibbli.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN