Left arrow Go Back

AWGURJU TAJJEB GHALL-HARSIEN TA L-AMBJENT MADWARNA

pr0068
Date Icon 18/01/2001

Siltiet minn diskors li Dr. Francis Zammit Dimech, Ministru għall-Ambjent għamel waqt ċerimonja ta' tqassim ta' premjijiet u ċertifikati lill-istudenti ta' St. Patrick's Craft Centre

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit qal li l-lista ta' ilmenti u su''erimenti li għamlulu l-istudenti hi waħda twila. Qal li b'kollox hemm 68 ilment jew su''eriment.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li kien jaqbel kompletament li jkun hemm aktar edukazzjoni dwar l-ambjent mill-aspetti kollha tiegħu. Qal li kien għalhekk li f'dawn il-jiem xxandar għall-ewwel darba rapport dwar il-kejl tal-kwalita' ta' l-arja f'pajjiżna. Qal li kien għalhekk li għall-ewwel darba sar rapport dwar l-istat ta' l-ambjent fil-gżejjer Maltin. Kien għalhekk li l-Ministeru għall-Ambjent kien qed jaħdem fuq pro'ett biex fix-xhur li 'ejjin il-poplu, permezz ta' programm promozzjonali u edukattiv, isir aktar konxju dwar il-bżonn li pajjiżna jinżamm nadif u dwar l-importanza li kulħadd jieħu sehem f'din il-kampanja.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern fl-aħħar xhur ħa diversi miżuri biex l-ambjent li ngħixu fih ikun aħjar għal kulħadd. Hu semma l-kampanja ta' tindif li qed issir mal-pajjiż kollu speċjalment fil-kampanja. Semma' il-muntanja ta' skart li kienet tiddomina d-Dwejra f''?awdex u li kienet qed titneħħa. Fakkar fl-offerti li ħar'u dan l-aħħar għal proposti għal pjan komprensiv għall-immani''jar ta' l-iskart. Fakkar fil-Master Plan għas-sistema tad-drena'' li se jwassal biex id-drena'' kollu sas-sena 2005 jissaffa qabel jintrama' fil-baħar. Fakkar fil-ftehim milħuq bejn il-Federazzjoni tal-Kaċċaturi, Nassaba Konservazzjonisti u għaqdiet ambjentali dwar it-twaqqif ta' Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tal-'?asafar. Fakkar fil-problema tat-trab iswed fin-Nofsinhar tal-pajjiż fejn wara li kien identifikat is-sors bdew jittieħdu l-miżuri meħtie'a biex din il-problema tkun riżolta.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern kien qed jieħu wkoll miżuri biex inaqqas it-tni''iż sew mill-Power Station kif ukoll mill-vetturi. Qal li għal dan l-iskop, minkejja li jiswew aktar, il-Korporazzjoni Enemalta bdiet tixtri żjut u petrol b'kontenut ferm aktar baxx ta' komponenti li jni''su l-ambjent madwarna.

Il-Ministru għall-Ambjent semma' wkoll il-miżuri favur l-ambjent li tħabbru fl-aħħar budget li jinkludi it-tnaqqis tal-VAT minn 15 għal 5 fil-mija fuq apparat ta' ener'ija alternattiva bħal solar heaters u solar panels u t-tnaqqis drastiku tat-taxxa ta' re'istrazzjoni ta' karrozzi li jaħdmu bil-batteriji u ta' muturi li jaħdmu bil-batteriji.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-lista ta' miżuri li ttieħdu hi waħda twila. Iżda tenna li fejn jidħol il-ħarsien ta' l-ambjent qatt ma nistgħu ngħidu li għamilna biżżejjed. '?alhekk il-Gvern qed jagħti lill-ħarsien ta' l-ambjent dejjem aktar importanza.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li fi kwalunkwe pajjiż, iżda l-aktar f'pajjiżi żgħar bħal tagħna, irid isir ‘żwie'' tajjeb bejn l-ħarsien ta' l-ambjent u l-iżvilupp. Hu tenna li m'għandu jsir xejn fl-iżvilupp li jagħmel ħsara lill-ambjent.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-preparazzjoni ta' pajjiżna għal sħubija fl-Unjoni Ewropea qed tkompli tixprunana biex inħarsu l-ambjent għaliex sħubija fl-UE tfisser parametri ambjentali iebsa li kieku forsi ma konniex naslu għalihom daqshekk malajr. Hu qal li m'hemmx dubbju li fil-qasam ambjentali l-preparazzjoni għal sħubija fl-UE kellha impatt pożittiv ful-ħidma ta' pajjiżna f'dan il-qasam.

Francis Zammit Dimech faħħar lill-istudenti għall-ilmenti u s-su''erimenti li għamlu. Qal li kien jaqbel ma' kważi dak kollu li ssu''erew. Tenna li ilmenti u proposti bħal dawk li saru mill-istudenti jagħmlulu kura'' fil-ħidma tal-Ministeru tiegħu għaliex jifhem aħjar li l-'enerazzjoni żagħżugħa ta' pajjiżna qed issir aktar konxja mill-importanza ta' l-ambjent madwarna. U li dan hu awgurju tajjeb li l-ambjent f'pajjiżna mhux biss se jkompli jingħata importanza iżda wkoll imħares għalina u għall-'enerazzjonijiet li jridu ji'u warajna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow