IL-MINISTRU TA L-INTERN JISTENNA LI JIRĊIEVI L-ILMENTI TAL-PRIĠUNIERI BIL-MIKTUB
Id-dikjarazzjoni li ħare' il-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni dwar l-Intern hi mill-iktar irresponsabbli u intenzjonata li takkwista propaganda irħisa. Hi bażata fuq allegazzjonijiet vagi, li l-kelliem ewlieni lanqas biss kellu l-ħila li jispeċifika.
Il-Ministru ta' l-Intern fil-Parlament, di'a' iddikjara li hu lest li jekk jirċievi bil-miktub l-ilmenti ta' dawk il-pri'unieri u fiex tikkonsisti d-diskriminazzjoni li qed jallegaw, hu lest li jibgħat dan l-ilment kemm lill-Bord tal-Viżitaturi tal-ħabs, kif ukoll lill-Ombudsman.
Il-Ministru ta' l-Intern jiċħad li l-ħabs jitmexxa fuq linji ta' razziżmu. Anzi l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin titratta bl-istess mod kemm il-pri'unieri Għarab li jikkostitwixxu 20% tal-popolazzjoni kollha tal-ħabs, kif ukoll pri'unieri oħra. Dawn kollha gawdew minn riformi li saru fil-ħabs f'dawn l-aħħar snin.
In kwantu li l-pri'unieri ilmentaw b'mod 'enerali kontra diskriminazzjoni fis-sentenzi tal-Qorti, l-ebda Gvern jew Ministru ma għandu setgħa li jindaħal f'dawn il-ħwejje', u il-pieni tal-ħabs m'humiex responsabilita' tal-Gvern iżda tal-Qorti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN