IL-PROCESS BIEX L-ISPTARIJIET ISIRU AWTONOMI MIEXI L-QUDDIEM
Bħalissa għaddej proċess li se joħloq struttura biex id-Diviżjoni tas-Saħħa tkun f'pożizzjoni li tkun regolatur mhux biss fis-settur privat, iżda wkoll fis-settur pubbliku. Fl-istess waqt miexi l-proċess biex l-isptarijiet isiru awtonomi. Dan għandu jwassal biex ikun hemm aktar effiċjenza, billi fost l-oħrajn dawk li għandhom ir-responsabilit'? li jużaw ir-riżorsi jkunu aktar konxji mill-ħtie'a li jużawhom bil-għaqal u jkunu accountable.
Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa, Louis Deguara, fl-okkażjoni tat-tnedija ta' kompetizzjoni pubblika biex jintgħażel Logo għal-Isptar San Luqa. Il-kompetizjoni qed issir fuq inizjattiva tal-Hospital Management Committee ta' l-Isptar San Luqa.
Il-proċess biex tiddaħħal awtonomija fl-isptarijiet pubbliċi, wieħed isibu indikat fil-manifest elettorali, fejn il-Gvern ikkometta ruħu li jwettaq pjan bil-għaqal biex kull sptar isir awtonomu. Il-mira hi li d-Diviżjoni tas-Saħħa tinża' mill-poteri li għandha u tieħu rwol regolatur, filwaqt li żżomm il-funzjoni ta' resource allocator flok service provider.
Dan il-kunċett di''? qiegħed ji'i applikat b'ċertu suċċess fil-każ ta' l-Isptar Zammit Clapp, fejn it-tmexxija ta' l-isptar 'iet fdata f'idejn Management Committee mwaqqaf apposta. Dan il-kumitat jamministra l-finanzi allokati lilu mid-Diviżjoni tas-Saħħa. B'pass meqjus, dan qiegħed isir anke fl-Isptar Monte Carmeli u Sptar Boffa, fejn ftit ftit qed ti'i ntrodotta l-awtonomija, kompla jgħid il-Ministru Deguara.
Il-kompetizzjoni mnedija mill-Hospital Management Committee ta' St Luke's hija wkoll pass f'din id-direzzjoni. Inizjattiva bħal din tgħin biex tingħata identit'? lill-istess sptar, kif ukoll lill-impjegati li jaħdmu hemm. Il-Logo il-'did li aktar 'il quddiem hemm il-ħsieb li jibda jidher fuq il-badges ta' l-istaff mediku u paramediku, għandu jgħinhom biex iħossuhom parti mill-post tax-xogħol, kif ukoll biex jidentifikaw ruħhom mal-post li fih jaħdmu b'tant dedikazzjoni, temm jgħid il-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN