Left arrow Go Back

IN-SERVICE TRAINING COURSES GHALL-IMPJEGATI FIL-QASAM TA' L-ANZJANI

pr0003
Date Icon 03/01/2001

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Antoine Mifsud Bonnici, waqt konferenza stampa li saret dalghodu fl-ufficcju tieghu f'San Vincenz de Paul, habbar li minn nhar it-Tnejn, 8 ta' Jannar 2001, l-In-Service Training Courses fil-Gerontologija ghal persuni li jahdmu fil-qasam ta' l-anzjani ser jergghu jibdew.

Dawn il-courses li huma organizzati mid-Dipartimentjew ahjar, kif kien maghruf qabel, mill-Istitut tal-Gerontologija mmexxi mill-Prof. Joe Troisi, b'kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, kienu bdew fi Frar 1993 fi zmien l-amministrazzjoni l-ohra Nazzjonalista. Fil-fatt sal-1996 kienu saru 7 korsijiet li b'kollox attendew ghalihom aktar minn 200 impjegat, il-parti kbira taghhom jahdmu mad-dipartiment ta' l-Anzjani. Fl-1996 dawn il-korsijiet waqfu u huwa proprju issa li ser jergghu jibdew minn nhar-it-Tnejn li gej, meta jibda it-tmien In-Service Training Course li ghalih ser jattendu 21 impjegat, bejn nurses u para-medici.
Dr. Mifsud Bonnici qal li kif hemm imnizzel fil-Financial Estimates ipprezentat mill-Ministru tal-Finanzi mad-diskors tal-Budget, wiehed mill-ghanijiet tad-Dipartiment ta' l-Anzjani ghal din is-sena, huwa li jkompli jiehu inizjattivi ta' tahrig fil-qasam ta' l-anzjani biex dejjem jitjib is-servizz ta' kura li jinghata. Huwa fundamentali li kull min jahdem ma' l-anzjani jkollu training specifiku biex jaghti servizz tajjeb. Fattur importanti fit-titjib tal-kwalita' tal-hajja li rridu nipprovdu lill-anzjani taghna huwa li jkollna nurses u paramedici u haddiema ohra f'dan il-qasam li jkunu ppreparati sewwa fid-dmirijiet taghhom u motivati biex joffru l-ahjar servizz fl-interess ta' l-anzjani.
Dawn l-In-Service Training Courses ghandhomprecizament dan l-iskop primarju. Fiz-zminijiet tal-lum mhux bizzejjed li nkomplu ntejbu l-istruttura u l-ambjent ta' San Vincenz u d-djar residenzjali ta' l-anzjani jekk fl-istess waqt ma nipprovdux ukoll ghat-titjib tas-servizz li jinghata f'dawn l-istituzzjonijiet.
Ir-rizultati li kellna mill-korsijiet ta' qabeljuruna li kull min attenda sab il-kors utli hafna bhala ghajnuna fir-relazzjonijiet tieghu ma' l-anzjani. Fl-ahhar tal-kors jinghata certifikat ta' attendenza u mhux f'kaz jew tnejn dawn il-korsijiet iservu bhala l-ewwel pass biex wiehed imbaghad jattendi l-kors tal-Postgraduate Diploma fil-Gerontologija.

Dr. Mifsud Bonnici waqt li stieden lill-Prof. Troisi biex jispjega xi dettalji dwar il-courses, irringrazzjah ghall-impenn kostanti tieghu biex jghin fit-tahrig ta' tant individwi li huma konnessi mal-qasam ta' l-anzjani.

Dr. Mifsud Bonnici habbar ukoll avveniment iehor importanti li ser jinzamm f'dan ix-xahar. Is-Sibt 27 ta' Jannar, fil-Vivaldi Hotel, San Giljan, ghandu jinzamm seminar ta' gurnata bit-tema " Functional Mobility in Old Age ". Dan huwa seminar li qed jigi organizzat mid-Divizjoni tal-Gerontologija ta' l-Universita' ta' Malta flimkien mal-Malta Association of Gerontology and Geriatrics - M.A.G.G. Seminar li fi zminijiet tal-lum ghandu importanza kbira meta wiehed jikkonsidra l- portata enormi tas-suggett li ser jigi diskuss.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow