IL-MINISTRU GIOVANNA DEBONO TINAWGURA WIRJA TAL-PRESEPJI F' GĦAWDEX
Għal darb'oħra l-Għaqda '�bieb tal-Presepju (Għawdex-Malta) qed torganizza dik li x'aktarx hi l-ikbar wirja ta' presepji ori'inali f'Għawdex, fis-swali tal-Ministeru għal Għawdex, li 'iet inawgurata uffiċjalment mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex nhar is-Sibt, 16 ta' Diċembru 2000.
F'din il-wirja, waħda mill-iktar popolari mal-pubbliku, ta' kull sena ji'u esposti presepji ta' kull daqs u għamla, magħmula minn materjali tassew diversi – presepji li ji'u mfittxija minn ħafna Għawdxin, Maltin u anke barranin li jkunu Għawdex f'dawn il-jiem ta' festi. Fost il-presepji ta' din is-sena jispikkaw b'mod partikolari dawk magħmula minn ħ'ie', frott tal-baħar, u ħelu.
Din is-sena, il-wirja qed tara sezzjoni 'dida tassew partikolari – sezzjoni li hi parti minn kollezzjoni privata ta' kartolini u albums ori'inali, oħrajn antiki, illi ċertament ser iqanqlu interess minn kbar u żgħar.
Filwaqt illi awgurat lil dawk kollha preżenti l-isbaħ xewqat għall-Milied u s-Sena l-Ġdida, il-Ministru għal Għawdex inkora''iet lill-membri ta' l-Għaqda '�bieb tal-Presepju (Għawdex-Malta) – għaqda li ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar 15-il sena – sabiex tkompli tippromwovi u tesponi l-kreattivita` ta' artisti lokali. Hija wkoll irringrazzjat lill-esibituri, filwaqt li kompliet tinkora''ihom sabiex ikomplu jesploraw u jfittxu mezzi ori'inali sabiex jagħtu espressjoni dejjem differenti u partikolari lil dan id-delizzju tagħhom, li ċertament jgħaqqadhom mhux biss f'dan iż-żmien speċjali, iżda matul is-sena kollha.
Il-wirja tkun miftuħa kuljum, mit-Tnejn sal-'�add, mit-8.30 a.m. sa nofsinhar u mis-2.00 p.m. sas-7.00 p.m., sa nhar il-'�add 31 ta' Diċembru 2000.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN