IL-PRIM MINISTRU JIRRINGRAZZJA LILL-KAPIJIET TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
Waqt li kien qed jindirizza lill-Kapijiet tad-Dipartimenti tal-Gvern, Korpi Parastatali, Kummissjonijiet u Organizzazzjonijiet, il-Prim Ministru irrefera ghal process ta' djalogu u koperazzjoni bejn l-imsiehba socjali bhala l-aktar żvilupp pożittiv ta' din is-sena.
Fid-diskors tieghu, il-Prim Ministru semma kif is-settur pubbliku bħal bqija tal-pajjiż għaddej minn bidla kbira. Din il-bidla hija xprunata mill-bidliet kbar li qed iseħħu fid-dinja, bil-proċess tal-globalizzazzjoni u bl-iżviluppi li qed iseħħu fil-qasam ta' l-informatika u teknolo'ija. Il-Prim Ministru semma il-White Paper li 'iet ippublikata fuq l-e-Government li permezz tagħha il-Gvern qed jipproponi bidla kbira fil-mod kif jaħdem il-Gvern. Il-Prim Ministru saħaq fuq il-bżonn li kulħadd jipparteċipa f'dan il-proċess.
Il-Prim Ministru irrefera għal bidla oħra li qed isseħħ fil-kultura ta' pajjiżna. Il-poplu llum qed isir iżjed konxju mir-responsabilitajiet soċjali tiegħu, fuq il-bżonn li jitħallsu t-taxxi dovuti u jinqerdu l-abbużi.
Il-Prim Ministru qal li l-applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni Ewropea toffri sfidi u opportunitajiet għal pajjiżna. Il-Prim Ministru esprima il-fiduċja tiegħu fil-kapaċita' tal-poplu Malti li jilqa' din l-isfida u j'ib l-aħjar riżultati għal pajjiżna. Huwa rringrazzja lill-uffiċċjali pubbliċi għal ħidmiethom matul is-sena li għaddiet u qal li hu persważ li b'mod 'enerali dawn jirrispondu għall-bżonnijiet tal-pajjiż.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN