Left arrow Go Back

PUNTI MID-DISKORS LI L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GHALL-AMBJENT, GHAMEL FL-IMDINA FEJN KIEN IMDAWWAR MAL-PROGETT GHAT-TNEHHIJA TA' WIRES IMDENDLA FIT-TOROQ

PR1761
Date Icon 15/12/2000

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-pro'ett għat-tneħħija tal-wiring kollu mdendel mat-toroq ta' l-Imdina kien l-iktar wieħed importanti li se jsir is-sena d-dieħla mill-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent.

Hu qal li dan il-pro'ett kien qed jitwettaq f'ħames fażijiet fuq medda ta' tmintax-il xahar. Il-pro'ett, li kien fdat f'idejn il-kumpannija Kalaxlokk Co. Ltd., kien qed isir bil-kollaborazzjoni ta' entitajiet li joffru servizz fosthom il-Maltacom plc, il-Korporazzjoni Enemalta, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-kumpannija Melita Cable. Il-pro'ett qed ikun ffinanzjat mill-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina. Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-pro'ett jimmira li s-servizzi mhux biss jitqiegħdu taħt l-art iżda jkunu wkoll imtejba u msaħħa.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech ħabbar li meta jispiċċa l-pro'ett, l-Imdina tkun tnaddfet mill-wiring li hemm illum mat-toroq u jkollha wkoll titjib sostanzjali fis-servizzi. Hu qal li biex dan il-pro'ett seta' jirnexxi kienu meħtie'a xhur ta' preparazzjoni fuq livell tekniku. It-tħejjijiet involvew ukoll pjani biex ikun hemm l-inqas inkonvenjent possibbli għar-residenti u għal dawk li jżuru l-belt ta' l-Imdina. Hu qal biex l-inkonvenjent jitniżżel għal minimu possibbli, ir-residenti u sidien ta' postijiet kummerċjali qed jingħataw informazzjoni dwar kull stadju tal-pro'ett. Il-Ministru Zammit Dimech ħabbar li darba jitlesta dan il-pro'ett l-Imdina kollha se tkun pavimentata.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li minħabba li l-Imdina għaddiet minn fażijiet u livelli differenti ta' storja, il-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina għandu arkeolo'ista l-ħin kollu fuq il-post biex dak kollu li jinstab ji'i salvat. Hu qal li l-pajpijiet kollha qed jitqiegħdu b'tali mod li jistgħu jinbidlu u hekk ma titfixkilx il-possibilita' ta' ħidma arkeolo'ika fl-aktar livelli baxxi. Il-Ministru Zammit

Dimech semma' li di'a` kienu nstabu ammonti sostanzjali ta' fuħħar, kemm sempliċi kif ukoll ornamentali, għadam ta' annimali żgħar u anke petne medjevali. Hu rringrazzja lill-Archeological Cooperative u lid-Dipartiment tal-Mużew għar-riċerka li kienu qed jagħmlu.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech fakkar li kemm ilu li twaqqaf il-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina, il-ħidma mwettqa di'a` bdiet tidher. Qal li bdiet il-preparazzjoni għall-Master Plan għall-Imdina, tqiegħdet sistema temporanja ta' floodlighting u kienet ristrutturata l-public area tal-Palazz Vilhena. Tkompliet ukoll l-iskema ta' sussidji għall-faċċati ta' bini storiku. '�as-sena d-dieħla l-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina kien se jistalla sistema ta' dwal għall-fortifikazzjonijiet, se tkun restawrata parti mill-Palazz Vilhena, se jsir ir-restawr tal-medaljun tal-bronz ta' Vilhena, filwaqt li jsiru l-preparazzjoniijiet għall-pro'ett tal-pavimentar.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech awgura lill-pro'ett għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina ħidma fejjieda favur l-aktar belt antika ta' pajjiżna. Awgura li din il-Belt tkompli tingħata l-'ieħ u d-dinjita' li jixirqilha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow