Left arrow Go Back

PUNTI MID-DISKORS LI L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GĦALL-AMBJENT, GĦAMEL WAQT ŻJARA LILL-KNISJA TA' SANTA KATERINA FIL-BELT, FEJN QED ISIR XOGĦOL TA' RESTAWR

PR1756
Date Icon 14/12/2000

Saħħa u sigurta' fuq il-lant tax-xogħol

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kien ta' pjaċir għalih li kien qed jer'a' jipparteċipa f'inizjattiva tal-Building Industry Consultative Council li qed torganizza Safety Bus Tour bħala parti mill-kampanja għas-saħħa u s-sigurta' fuq il-lant tax-xogħol.

Dr. Francis Zammit Dimech qal li bħalissa qed isir pro'ett vast ta' restawr fil-Knisja ta' Santa Katerina. Restawr minn 'ewwa u minn barra ta' dan il-bini storiku. Il-BICC qed tħares lejn dan ir-restawr bħala okażżjoni oħra biex tispjega l-kunċett tas-Safety Bus Concept.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-kampanja informattiva li qed tniedi l-BICC għas-saħħa u s-sigurta' fuq il-lant tax-xogħol hi frott ta' 'imgħat ta' diskussjonijiet, preparazzjonijiet u laqgħat informali bejn il-BICC, imprendituri ewlenin fil-qasam tal-kostruzzjoni u awtoritajiet konnessi mas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol. Hu qal li din il-kampanja hi primarjament immirrata għall-ħaddiema fil-qasam tal-kostruzzjoni.

Dr. Francis Zammit Dimech spjega li l-intenzjoni tal-BICC mhix biss li l-ħaddiema jkunu infurmati fuq prattiċi ta' xogħol aħjar minn dawk li kienu qed jużaw s'issa iżda li tingħatalhom spjegazzjoni fuq il-lant tax-xogħol stess dwar kif l-aħjar ikunu salvagwardati s-saħħa u s-sigurta' tagħhom.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-kampanja kienet waħda innovattiva għal Malta. Tul din il-kampanja fuq diversi lantijiet tax-xogħol, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-privat, uffiċjali mill-BICC u mit-Taqsima għas-Saħħa u Sigurta' fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali ltaqgħu ma' imprendituri u managers fejn kien spjegat lilhom l-iskopijiet tal-kampanja.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li f'kull okkażżjoni ttieħdu filmati tal-ħaddiema waqt ix-xogħol tagħhom u wara, il-ħaddiema n'abru biex flimkien intwerew il-filmati u kien spjegat lilhom dak li kien qed isir ħażin biex jitran'a ħalli jkunu evitati inċidenti.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech faħħar din l-inizjattiva u awgura li jsiru ħafna aktar bħalha biex il-ħaddiema jkollhom rashom misrieħa li s-saħħa u s-sigurta' tagħhom fuq il-post tax-xogħol tkun qed ti'i mħarsa.

Il-Ministru għall-Ambjent, li f'din l-okkażżjoni nieda pubblikazzjoni tal-BICC dwar Konservazzjoni u Restawr, feraħ lill-Kunsill li permezz ta' din il-pubblikazzjoni kien qed jimla' vojt f'qasam hekk importanti bħal dak tal-konservazzjoni u r-restawr. Hu qal li l-konservazzjoni u r-restawr kienu żew' oqsma differenti iżda flimkien kienu xjenza multi-dixxiplinarja li tinvolvi diversi speċjalisti. Il-Ministru Zammit Dimech tenna li permezz tal-konservazzjoni u r-restawr dak li sibna ngħadduh lil ta' warajna biex mhux biss igawdih iżda jifhmu l-istorja ta' pajjiżna li tmur lura 7000 sena.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech irringrazzja liċ-Chairman tal-BICC, il-Perit Robert Musumeċi, għall-ħidma tiegħu f'dan il-Kunsill Konsultattiv u lill-Perit Claude Borg, li għen lill-Kunsill biex ħare' din il-pubblikazzjoni.

Il-Perit Robert Musumeci, Chairman tal-BICC, appella għal aktar entitajiet privati u governattivi biex jagħmlu użu mis-servizz ta' taħri' għal saħħa u sigurta' fuq il-lant tax-xogħol li qed joffri mingħajr ħlas il-BICC. Dan qed isir bl-iskop li l-ħaddiema jkunu aktar konxji tal-perikli ta' madwarhom.

Il-Perit Musumeci tkellem ukoll dwar il-pubblikazzjoni li kienet qed tkun imnedija. Hu spjega li din il-pubblikazzjoni tiffoka fuq erba' oqsma: l-importanza li wieħed ikollu d-dokumenti kollha possibbli, qabel jintervjeni fuq bini storiku 'aladarba ħafna interventi huma rriversibbli; gwidi ta' tindif fuq bini storiku; gwida ta' kif wieħed jikkonsolida bini storiku u fl-aħħarnett gwida ta' kif wieħed jipprote'i bini storiku kontra l-elementi. Dawn il-pubblikazzjonijiet huma serje ta' dokumenti adatti għall-kostruzzjoni lokali. Iċ-Chairman tal-BICC wera s-sodisfazzjon tiegħu għal-interess li ntwera min-nies fl-industrja fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet preċedenti.

Iċ-Chairman tal-BICC spjega li matul is-sena, il-Kunsill se jtenni l-impenn tiegħu fil-qasam edukattiv. Hu qal li fuq inizjattiva tal-BICC u l-ETC di'a` saret sejħa għall-kuntratturi sabiex jipparteċipaw fi programmi edukattivi ta' taħri' u apprendistat f'oqsma speċjalizzati, fosthom steel fixing u form working.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow