Left arrow Go Back

DISKORS TA' L-ONOR. LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI, WAQT SEMINAR DWAR "IX-XOGHOL U L-POLITIKA SOCJALI FL-UNJONI EWROPEJA", FIL-KAMRA TAL-KUMMERC, IL-BELT VALLETTA ? 6 TA' DICEMBRU, 2000

PR1724
Date Icon 07/12/2000

Sinjuri,

Akar kmieni din is-sena, ezattament fi Frar li ghadda, konna ltqajna flimkien sabiex nitkellmu fuq il-qaghda tax-xoghol u l-politika li ghandha bzonn tithaddem sabiex il-qasam tax-xoghol f'pajjizna jissahhah b'investiment serju fl-izvilupp tal-haddiem Malti. Nirringrazzjakom talli llum, ghaxar xhur wara, qeghdin taghtuni l-opportunita` biex nerga' nindirizzakom, din id-darba dwar l-Unjoni Ewropeja u l-qasam tal-Politika Socjali u x-Xoghol.

F'certu sens, dan is-suggett u din il-konferenza, huma kontinwazzjoni ta' dak li ddiskutejna ghaxar xhur ilu. Ghalhekk, hsibt li jkun tajjeb li norbot dak li ghedt dakinhar mar-rizultati li rnexxielna nakkwistaw minn dakinhar sallum. Bla dubju, dawn huma rizultati posittivi hafna u fihom infushom jikkonfermaw mhux biss l-impenn imma wkoll is-serjeta' u l-validita tal-politika tal-Gvern – politika li m'hemmx dubju qed tistimola l-ekonomija u ttejjeb il-kwalita' tal-hajja tal-poplu Malti.

Matul dawn l-ahhar ghaxar xhur l-ekonomija kibret b'4.3 fil-mija f'termini rejali u b'seba' fil-mija f'termini nominali. Matul dan l-istess perjodu il-konsumatur nefaq Lm53.8 miljun lira aktar mis-sena li ghaddiet, filwaqt li l-pajjiz esporta Lm209.4 miljun lira aktar fi prodotti Maltin. Is-suq tax-xoghol kien ikkaraterrizzat minn zviluppi pozittivi immens. L-ammont ta' nies ifittxu mpjieg (Labour Supply) zdied b'1,926, filwaqt li 3,343 kisbu xoghol. Dan ifisser li l-ekonomija mhux biss iggenerat bizzejjed impjiegi ghal min ikun diehel fid-dinja tax-xoghol, imma serviet ukoll sabiex jinstab xoghol ghal min kien qieghed minghajr impjieg. Fil-fatt, f'dawn l-ahhar ghaxar xhur r-rata ta' nies qeghda nizlet ghal 4.4%, jigifieri 6,594 il-persuna. Dawn ir-rizultati jiksbu sinifikat akbar meta wiehed jinnota li l-inflazzjoni giet ikontrollata, li allura jfisser li pajjizna qed jizviluppa ekonomijia b'sahhitha.

Naturalment dawn ir-rizultati m'ghandomx iserhulna rasna u jwaqqfuna milli nkomplu nimpenjaw ruhna sabiex nghollu l-livell u l-kwalita' tal-hajja tal-poplu Malti. Imma ladarba r-rizultati qeghdin hemm, ta' min nistaqsu lilna nfusna kif u ghaliex qed ikollna dan is-success.

Nahseb li hemm diversi ragunijiet li jispjegaw f'perjodu daqstant qasir, irnexxielna b'dan il-mod. Imma zgur, li fost dawn ir-ragunijiet, hemm il-fatt li pajjizna ghandu quddiemu tragward car u definit – dak li jissieheb fl-Unjoni Ewropea – komunita` ta' pajjizi li l-Papa stess iddeskriva ftit gimghat ilu, bhala progett ta' importanza kbira li mhux biss jinvolvi spazju ghal kummerc hieles, imma progett ta' popli li jigu flimkien bil-valuri ta' bejniethom b'rispett shih lejn il-kulturi differenti li jirraprezentaw.

U dan jaghmel hafna sens. L-istabbilita` politika mibnija fuq vizjoni komuni hi ingredjent importanti biex jinholoq il-gid. Dan jghodd aktar u aktar meta nzommu quddiem ghajnejna li d-dinja ta' llum hija wahda mibnija fuq il-kuncett tal-globalizzazzjoni. Din hi rejalta` li tfisser illi ghadda z-zmien fejn kull pajjiz jiddefendi t-territorju tieghu u jipprotegih mill-indhil kummercjali ta' haddiehor. Minflok, dahal zmien gdid fejn is-success ekonomiku fit-territorju tal-pajjizi, jiddependi minn kemm dawn il-pajjizi ikunu kapaci jinnegozjaw bil-miftuh u bl-aktar mod liberu ma' pajjizi u ma' popli ohra mifruxa mad-dinja kollha.

Issa jekk din hi rejalta` li naccettawha, allura ma nistghux nichdu r-realta` l-ohra li bieb u ghatba maghna ghandna kontinent li mieghu ilna ninnegozjaw ghal mijiet ta' snin, u li mieghu naqsmu hafna mill-valuri u l-kultura taghna. F'dan il-kontinent sehhew zviluppi li gabu fis-sehh komunita` Ewropea li saret wahda mill-forzi ekonomici ewlenin fid-dinja. Mhux hekk biss, imma rridu nirrikonoxxu wkoll il-fatt, li din l-ghaqda ta' pajjizi gabet maghha zviluppi socjali li saru l-ghira tad-dinja kollha. Id-drittijiet tal-konsumatur, id-drittijiet tal-haddiema, l-ambjent, is-sostenn lejn min hu batut jew imwarrab u tant oqsma ohra bhal dawn, saru sinonimi ma' l-Unjoni Ewropea, b'mod li jiddistingwuha bl-aktar mod car u qawwi minn forzi ekonomici ohra madwar id-dinja.

Din hi r-realta` li ahna rridu nirrikonoxxu – hi realta` li tghodd ghal pajjizna. Anzi, jiena nsostni li tghodd ghal pajjizna anke izjed minn pajjizi ohra. Dan ghaliex sa ftit snin ilu c-cokon tat-territorju u tal-poplu ta' pajjiz kien jaghmel differenza kbira ghall-istrategiji ekonomici. Imma dan illum inbidel b'mod drammatiku, tant li t-teknologija ma taghtix kaz jekk il-pajjiz huwiex kbir jew zghir. Taghti kaz biss jekk ghandekx il-mezzi moderni biex tikkomunika u jekk ghandekx ir-rizorsi umani ppreparati bizzejjed biex jirkbu fuq din il-mewga u jisfruttaw kull opportunita` li tigi ghal idejhom.

Huwa ghalhekk importanti li nenfasizza illi s-sinifikat ta' l-Unjoni Ewropeja ghall-Gvern Malti tmur lil hinn minn sempliciment shubija bhala mira fiha nfisha. Meta wiehed janalizza u jifhem il-principji li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropeja, wiehed ma jistax ma jinnotax it-tixbieh li hemm bejn dawn il-principji u l-principji bazici li huma fundamentali ghall-formolazzjoni tal-politka tal-Gvern li jiena nifforma parti minnu. Il-principji tas-sussidjarjeta', tas-solidarjeta', tal-gustizzja socjali - principji li hadmu u li huma accetati minn kulhadd bhala principji li jseddqu l-gid komuni.

Ippermettuli nespandi ftit fuq dan il-punt, ghaliex diskussjoni dwar l-Unjoni Ewropea u x-Xoghol ma tistax tinfatam mill-aspetti fundamentali ta' politika socjali kuragguza. Nenfasizza l-kelma kuragguza – ghaliex insibu nies f'pajjizna li jridu jbezzghuna u jwaqqfuna minn zviluppi importanti li fl-ahhar mill-ahhar, jaghtu kwalita` ta' hajja ahjar lill-haddiema taghna u lill-poplu kollu in generali. Dan gara, per ezempju, waqt id-diskussjoni li kellna biex inwaqqfu l-Awtorita` ghas-Sahha u s-Sigurta` fuq il-post tax-Xoghol – holma li konna ilna nigru warajha ghal sitta jew seba' snin u li issa saret realta`. Gara wkoll meta ppubblikajna regolamenti differenti dwar dan is-suggett. Dan gara u qieghed jigri wkoll waqt il-process li ghaddejjin minnu biex insahhu d-djalogu socjali, biex nipprivatizzaw, biex nilliberalizzaw u nzarmaw il-monopolji. Gara u qieghed jigri wkoll waqt il-process biex naggornaw il-ligijiet tax-xoghol u l-ligijiet li jirregolaw r-relazzjonijiet industrijali f'pajjizna.

Min hu xettiku jrid, qabel xejn, jirrikonoxxi l-fatt li l-Unjoni Ewropeja ghandha storja twila u b'sahhitha ta' mpenn qawwi fil-qasam tal-politika socjali. Sa mis-sebghinijiet l-Unjoni bdiet tizviluppa qafas ta' mudell socjali li llum huwa maghruf bhala l-Mudell Socjali Ewropew, mudell li hadem u li huwa meqjuz fost l-aqwa mudelli li jista' jithaddem ghall-harsien socjali fuq bazi globali.

Ta' min niddedika ftit minuti biex nispjega l-izviluppi ewlenin li sehhew u qeghdin isehhu fl-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam, proprju ghaliex huma zviluppi li jikkoncernawna b'mod qawwi hafna.

Fi Frar li ghadda, il-Kummissjoni Ewropeja habbret pjan mifrux fuq hames snin, bl-iskop li johloq Ewropa gdida. Parti minn dan il-pjan jinvolvi it-tishih u tigdid tal-politika socjali u ekonomika ta' l-Unjoni b'enfasi fuq il-holqien ta' mpjieg ghal kulhadd, l-izvilupp ta' ekonomija dinamika, it-tishih tal-koezjoni socjali u l-ugwaljanza. Il-Gvernijiet Ewropej ghaldaqstant ikkomettew ruhhom sabiex l-Ewropa tittrasforma ruhha u ssir l-akbar suq kompetittiv u dinamiku mibni fuq l-ekonomijia l-gdida u msahhah bi tkabbir ekonomiku sostenibbli b'izjed impjiegi ta' kwalita` u bit-tishih tat-tessut socjali.

Kien ghalhekk li nhass li l-Mudell Socjali Ewropew ghandu jissahhah u jiggedded. Fil-fatt, fis-Summit ta' l-Unjoni Ewropeja li ser isir gewwa Nizza fil-granet li gejjin, ser jigi pprezentat dak li gie msejjah l-Agenda ghall-Politka Socjali Ewropeja, Agenda mmirata sabiex tipprovdi lil pajjizi fl-Unjoni, b'politika komprensiva u ko-erenti sabiex tkun tista' taffacja l-isfidi li qed jirrizultaw mill-process ta' globalizazzjoni u mit-trasformazzjoni tal-ekonomiji ghal ekonomiji bbazati fuq l-informazzjoni u t-teknologija. Dawn il-bidliet mhux biss qed jaffettwaw l-istruttura tad-dinja tax-xoghol u allura l-haddiem, imma qed jaffetwaw ukoll il-hajja socjali u personali tac-citaddini Ewropej.

Is-Summit ta' Lisbona li sar aktar kmieni din is-sena enfasizza b'mod l-aktar qawwi l-bzonn li tissahhah ir-rabta bejn il-politika ekonomika u l-mudell socjali ewropew. Aktar min hekk, gie milhuq ftehim dwar il-principji li ghadhom jmexxu l-agenda ekonomika u socjali ghall-ghaxar snin li gejjin, b'enfasi akbar fuq il-politika socjali bhala fattur produttiv ghat-tishih tal-ekonomija ewropeja. Dan ghaliex b'nefqa socjali akbar fis-sahha u l-edukazzjoni jkun qed jsir investiment fir-rizorsi umani, b'effetti ekonomici pozittivi. In-nefqa socjali anki fil-qasam tas-sigurta' socjali m'hix biss mod ta' kif il-gid jitqassam b'mod ekwu imma hija wkoll sors ta' appogg ghas-sejba ta' mpjiegi ta' kwalita' li jirrizultaw f'beneficcji ekonomici. Huwa nteressanti kif in-nefqa socjali f'dawk il-pajjizi meqjusa ndustrijalizzati hija bejn wiehed u iehor l-istess. Hekk per ezempju, 24% tal-GDP fl-Istati Uniti, 26% fid-Danimarka u 27% fl-Inglilterra. F'Malta in-nefqa socjali wkoll tirraprezenta madwar 25% tan-nefqa rikorrenti tal-Gvern.

Sa issa l-Mudell Socjali Ewropew qeda tajjeb il-funzjonijiet tieghu – dak li jakkompanja t-tibdil strutturali billi jimminimizza l-impatt socjali. Il-bidla li qed tinhass issa hija dik li timmodernizza l-mudell socjali f'wiehed li jhares lejn l-investiment fir-rizorsi umani sabiex jigu mharsa l-valuri tas-solidarjeta' u l-gustizzja socjali filwaqt li jtejjeb il-qaghda ekonomika tal-pajjizi membri. Dan irid isir fil-kuntest ta' mpenn akbar sabiex l-Ewropa tistabilixxi ruhha bhala forza ekonomika mondjali kapaci li tikkompeti f'suq ippredominat mit-teknologija.

L-Agenda ghall-Politika Socjali Ewropeja li ser tigi pprezentata fil-jiem li gejjin tiffoka b'mod qawwi fuq ix-xoghol, fuq l-ekonomija ta' l-gherf (knowledge-based economy) u fuq it-tessut socjali.

Fis-Summit ta' Lisbona, il-Kapijiet ta' Gvern qablu li l-pajjizi ta' l-Unjoni ghandhom jaghmlu dak kollu li jistghu sabiex jinholqu impjiegi ahjar u ghal kulhadd, billi jressqu r-rata tal-impjieg qrib is-70% sal-2010 u billi tizdied ghal 60% ir-rata ta' partecipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xoghol. Ghalkemm jista' jinhass illi r-rotta inqabdet, wiehed ma jistax ma jinnotax li din hija sfida li trid hafna kuragg u determinazzjoni.

Din l-isfida tinbet minhabba l-fatt li s-suq tax-xoghol Ewropew, meta mqabbel ma' dak ta' l-Istati Uniti u tal-Gappun, qed jimmanifesta erba' tipi ta' diskrepanzi li hemm bzonn li jigu indirizzati galadarba trid tintlahaq il-mira ta' l-Ewropa bhala forza ekonomika kompetittiva fis-suq dinji. Dawn id-diskrepanzi huma:

diskrepanza fil-hiliet bejn il-htigijiet tas-suq tax-xoghol u l-hiliet tal-haddiema, l-aktar fil-qasam tal-informatika u t-teknologija, bid-domanda ghal hiliet f'dan is-settur tisboq sew in-numru ta' haddiema mharrga f'dan il-qasam;

diskrepanza fl-istruttura tas-suq tax-xoghol, bl-Ewropa tgawdi livell anqas ta' mpjiegi fis-settur tas-servizzi;

diskrepanza bejn is-sessi, fejn nofs in-nisa ewropej jinsabu f'impjieg meta mqabbel maz-zewg terzi li huma ekonomikament attivi fl-Istati Uniti u;

diskrepanza fl-eta', l-aktar bil-fatt li anqas nies bejn il-55 u s-65 ghandhom impjieg.

Tinnotaw mill-ewwel li dawn huma diskrepanzi li huma rilevanti hafna ghal kuntest Malti u allura huwa fl-interess taghna li nkunu parti integrali mill-process biex dawn id-diskrepanzi jigu indirizzati u biex jigu identifikati l-ahjar strategiji li jtuna s-soluzzjonijiet li lkoll nixtiequ.

Min hu membru ta' l-Unjoni llum igawdi mill fatt li l-Unjoni ziedet il-fondi strutturali sabiex jkunu jistghu jittiehdu aktar inizjattivi fil-kuntest tal-istrategija ghall-holqien ta' l-impjiegi li giet varata mill-Kummissjoni sentejn ilu u li qed tikseb rizultati posittivi. Min m'huwiex membru ma jgawdi xejn minn dan.

Hemm izjed xi tghid. Il-holqien ta' aktar mpjiegi mhix kollox. Hemm bzonn li l-impjiegi li jonholqu jkunu ta' kwalita' ahjar, li jirrendu aktar u li jaghtu valur mizjud lil xoghol il-haddiem. B'hekk il-haddiem ikun jista' jinghata kumpens ahjar u jtejjeb il-livell t'ghixien tieghu u tal-familja. Il-futur f'dan is-sens jinsab fil-htif tal-opportunita' li trid issir sabiex tigi sfuttata sal-massimu l-potenzjali li qed toffri t-teknologija. Huwa fatt ppruvat li t-tkattir ekonomiku qawwi li ghaddej minnu l-Istati Uniti huwaintrinsikament marbut mal-mod ta' kif l-Istati Uniti serviet bhala benniena ghall-izvilupp ta' l-ekonomija l-gdida mibnija fuq l-informatika u t-telekomunikazzjoni. Dan ifisser li l-generazzjoni prezenti ta' haddiema kif wkoll dawk futuri iridu jigu mharrga fl-uzu tat-teknologija sabiex ikunu jistghu jadattaw ruhhom ghall-hiliet godda li qed titlob id-dinja tax-xoghol.
Fil-fatt, aktar kmieni din is-sena, il-Kummissjoni Ewropeja nidiet inizjattiva bl-isem ta' eLearning bl-iskop li tipprovdi ambjent ghall-izvilupp tar-risorsi umani fil-qasam tat-teknologija filwaqt li tippromwovi l-kuncett ta' taghlim matul il-hajja. Din l-istrategija qed iggib flimkien numru ta' atturi socjali sabiex tohloq madwar l-Ewropa moviment favur l-immodernizzar tas-sistemi ta' tahrig u edukazzjoni bbazati fuq inizjattivi konkreti favur il-kisba ta' hiliet godda sabiex jikkomplimentaw l-izvilupp tal-kummerc elettroniku.

Dan kollu jgib mieghu l-bzonn li jigu mmodernizzati s-sistemi ta' harsien socjali sabiex jirrispondu tajjeb ghal forom godda u differenti ta' faqar u sabiex ma' jhallu lil hadd jaqa mix-xibka socjali. Huwa ghalhekk li l-Agenda ghall-Politika Socjali Ewropeja qed tinbidel minn wahda rejattiva, dik li tiggieled l-eskluzzjoni socjali, ghal wahda pro-attiva, agenda li tiffacilita' l-inkluzjoni socjali billi jigi kkunsidrat l-aspett u l-impatt socjali f'kull decizjoni li tittiehed mill-Kummissjoni.

Din l-Agenda li ser tigi diskussa kienet frott ta' konsultazzjoni wiesgha mal-partijiet socjali Ewropej, u l-Kummissjoni stess ntegrat dan l-aspett tal-process fl-Agenda, jigifieri it-titjib fil-kwalita' tar-relazzjonijiet industrijali, b'enfasi fuq aktar konsensus u qbil bejn il-partijiet socjali sabiex tinghata aktar forza u dinamika lil inizjattivi li jinholqu. F'dan is-sens allura, id-djalogu socjali ghandu importanza kbira u huwa krucjali ghat-twettiq u l-kisba tal-miri ewlenin li ghamlet il-Kummissjoni f'dan ir-rigward.

Nistaqsi – hawn xi hadd li jista b'xi mod isib nitfa ta' argument halli jiggustifika ghaliex ahna ghandna nibqghu barra minn dawn l-izviluppi ?

Il-Gvern Malti huwa impenjat bit-tehid ta' numru ta' inizjattivi li jimxu f'armonija ma' l-Agenda Socjali Ewropeja. Dan mhux ghaliex imgieghel imma ghaliex jaghraf il-gid komuni li jista' jinholoq mit-tehid tad-decizjonijiet f'dan ir-rigward. Il-Gvern jemmen fil-holqien tax-xoghol bhala fattur krucjali ghat-tishih tal-ekonomija Maltija u bhala fattur produttiv fit-titjib tal-kwalita' tal-hajja tal-Maltin.

L-impenn tal-Gvern f'dan is-settur huwa car daqs il-kristall. L-inizjattivi li gew mehuda matul dawn l-ahhar xhur juru li l-Gvern qed jittrasforma l-politika socjali tieghu sabiex tirrispondi aktar u tassisti l-ekonomija fil-holqien tal-gid. Dawn huma l-aktar inizjattivi mportanti:

Riforma interna fil-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig wara operations review mill-Agenzija Irlandiza, FAS

Tlestija ta' pjan ta' azzjoni mifrux fuq tlett snin mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig sabiex jibdew jitwettqu mizuri attivi ta' mpjieg u programmi ta' tahrig, bil-Gvern jivvota Lm900,000 lira matul din is-sena sabiex jitellghu dawn il-programmi li ser jimmiraw persuni li jinsabu f'riskju li jitilfu l-impjieg, persuni minghajr impjieg u individwi ohrajn li jixtiequ jintegraw ruhhom mill-gdid fid-dinja tax-xoghol;

Qafas legislattiv gdid ghall-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali, b'enfasi fuq ir-rabta li hemm bzonn tinholoq bejn l-politika socjali u dik ekonomika,

Allura struttura gdida ghad-djalogu socjali fil-pajjiz b'partecipazzjoni ta' numru akbar ta' partijiet socjali li jirraprezentawoqsma differenti tal-attivita' ekonomika u socjali Maltija.

Qafas legislattiv gdid sabiex jippromwovi l-izvilupp tal-intrapriza u l-industrija b'ghazla cara u b'incentivi specifici favur industriji ta' kwalita' oghlja li jaghtu valur mizjud lill-prodott Malti u li jistimolaw produttivita' akbar mill-haddiem Malti;

Twaqqif tal-Kullegg Malti ghax-Xjenza, l-Arti u t-Teknologija Applikata, bl-ewwel istutut li ser jitwaqqaf ikun dak tat-Teknologija sabiex jharreg zghazagh u jilhaq ghad-domanda ghall-hiliet fit-teknologija li qed taffacja l-industrija;

Twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali ghall-Kwalifiki Vokazzjonali u Professjonali sabiex jakkredita lil dawk li kisbu hiliet fuq il-lant tax-xoghol u sabiex jassigura kwalita' u kwalifiki trasferibbli fit-tahrig vokazzjonali;

Programm ghall-introduzzjoni ta' studji fit-teknologija, flimkien ma' access ghall-internet fl-iskejjel kollha tal-Istat bl-iskop li kull student ikun espost ghat-teknologija sa mic-cokon;

Tnedija ta' korsijiet godda ta' tahrig ghan-nisa li jkunu jixtiequ jidhlu lura fid-dinja tax-xoghol, flimkien ma' programmi ta' tahrig "on-the-job" ghan-nisa li ser jitniedu min hawn u ftit gimghat ohra;

Introduzzjoni ta' sistemi godda ta' xoghol fosthom is-sighat imnaqqsa ta' xoghol u l-career break;

M'ghandix dubju li lkoll kemm intkom tirrejalizzaw il-validita' u l-importanza ta' dawn l-inzjattivi ghal holqien ta' tessut socjali u ekonomiku gdid ghall-pajjizna. Dan l-impenn tal-Gvern nemmen li ghandu l-appogg tal-imsiehba socjali, sabiex flimkien naghrfu nisfruttaw l-opportunitajiet li pajjizna qed jaffaccja u b'hekk nassiguraw l-oghla livell ta' ghixien ghalina u ghall-familji taghna.

Biex naghlaq, ippermettuli niehu din l-okkazjoni biex nifrah lis-CMTU ghaliex dejjem u b'mod konsistenti ghamlet sforzi posittivi sabiex tkabbar kultura ta' djalogu socjali gdid fil-pajjiz, djalogu socjali 'l boghod mill-konfrontazzjoni u msejjes aktar fuq il-koperazzjoni u t-tiftix tas-soluzzjonijet fl-ahjar interess tal-pajjiz. Huwa ghalhekk li niehu din l-opportunita' sabiex nirringrazzjakom tas-sehem taghkom u tal-partecipazzjoni taghkom fi hdan il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku.

Nispicca billi naghmel osservazzjoni tal-ahhar. Il-vizjoni tal-Gvern ghall-shubija fl-Unjoni Ewropeja hija opportunita' li hemm bzonn naghrfu s-sinifikat kbir taghha. Pajjizna ma' jistax jibqa izolat f'dinja li aktar ma jmur aktar qed tickien u tissahhah permezz tat-tishib ekonomiku bejn pajjizi girien. Ghal Malta, is-shubija hija incentiva strategika peress li tipprovdilna vantagg fil-fatt li sservi bhala holqa f'katina li tghaqqad l-Ewropa mal-ekonomiji li qed jinbtu fin-nofs-in-nhar ta' pajjizna. Opportunita' ghalhekk li jekk nitilfuha nkunu qed incahhdu lil uliedna u lil pajjizna minn futur mseddaq.

Grazzi!

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow