INTRODOTTI SERVIZZI INTERPRETATTIVI FIL-GGANTIJA
It-Tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra Għawdex saru l-ewwel tempji megalitiċi fil-gżejjer Maltin li fihom 'iet introdotta sistema ta' interpretazzjoni tas-sit u li l-viżitaturi jkunu jistgħu jagħmlu użu minnha waqt żjarat fl-istess tempji.
Permezz ta' dawn il-faċilitajiet, viżitaturi fit-Tempji tal-Ġgantija issa għandhom l-opportunita` li jagħmlu dawra gwidata ta' madwar għoxrin minuta. Matul il-mixja tagħhom madwar it-tempji, il-viżitaturi jingħataw spjegazzjoni pass pass ta' dak li jkunu qegħdin jaraw permezz ta' tape recordingfuq apparat elettroniku li jintuża fuq bażi individwali. It-test għal din il-gwida 'ie mħejji mill-Professur Anthony Bonanno, Professur ta' l-Arkeolo'ija fl-Universita` ta' Malta. Is-servizzi nterpretattivi huma pprovduti f'ħames lingwi prinċipali li huma l-Malti, Ingliż, Franċiż, Taljan u Ġermaniż.
Waqt żjara fit-Tempji tal-Ġgantija biex ji'i introdott dan is-servizz, il-Ministru għal Għawdex, Giovanna Debono qalet li kien ilu jinħass il-bżonn li f'post storiku ta' mportanza bħall-Ġgantija jkun hemm servizz ta' spjegazzjoni. Il-Ministru qalet li skond il-figuri ppubblikati mid-Dipartiment tal-Mużewijiet, jidher li l-Ġgantija hija l-aktar monument miżjur minn turisti fil-gżejjer Maltin. Fil-fatt, sa Novembru ta' din is-sena aktar minn 164 elf ruħ żaru dawn it-tempji. Għalhekk il-Ministeru għal Għawdex ħass li kien xieraq li huma jkunu l-ewwel tempji li fihom ji'i ntrodott dan is-servizz.
Il-Ministru qalet li dan huwa l-ewwel pass biex it-tempji tal-Ġgantija jsiru aktar ‘visitor friendly'. Hemm il-ħsieb li minbarra r-restawr tat-tempji nnifishom minn-naħa tad-Dipartiment tal-Mużewijiet isiru wkoll għadd ta' tabelli li jindikaw aspetti mportanti tat-tempji.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN