Left arrow Go Back

DONAZZJONI LILL-ISPTAR ZAMMIT CLAPP TA' SODDA PARTIKOLARI MIL-LIONS CLUB VALLETTA

PR1712
Date Icon 05/12/2000

"Id-donazzjoni ta' din is-sodda partikolari mil-Lions Club Valletta lill-Isptar Zammit Clapp hi eżempju ċar tal-valuri ta' wens u sedqa li aktar ma' jgħaddi żmien aktar qed jimmanifestaw ruħhom fis-soċjet'� Maltija."

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara fl-okkażjoni ta' donazzjoni ta' Hammett Bed lill-Isptar Zammit Clapp.

Din is-sodda 'iet mogħtija mid-disinjatur tagħha, is-Sur Anthony Hammett (membru tal-Lions Club Valletta) u ppreżentata mil-Lions Club Valletta, lill-Isptar Zammit Clapp. Il-Ministru faħħar l-inizjattiva tas-Sur Hammet li turi l-inventiva tal-ħaddiem Malti, kif ukoll lill-Lions Club.

Il-Ministru kompla li l-Gvern dejjem japprezza dawn it-tip ta' għotjiet li jkomplu jikkumplimentaw l-apparat li wieħed isib fl-isptarijiet ta' l-Istat, għax dawn jgħollu s-servizzi ta' kura. Barra minhekk juru apprezzament ta' individwi u għaqdiet lejn is-servizzi tas-saħħa.

Illum kulħadd jirrikonoxxi li l-pro'ett-pilota ta' Zammit Clapp irnexxa tant li d-Diviżjoni tas-Saħħa qed tuża t-tmexxija ta' dan l-isptar bħala mudell fl-introduzzjoni ta' awtonomija fl-isptarijiet pubbliċi. Is-suċċess ta' dan l-isptar hu dovut l-aktar għas-sistema ta' management indipendenti li jopera taħt gwida ta' policy, iżda bl-livell ta' awtonomija sostanzjali. Dan it-tip ta' management jiffaċilita ferm l-operat ta' dan l-isptar, għax jeħles minn ħafna burokrazija li ħafna drabi ixxekkel l-operat ta' sptarijiet oħra ta' l-istat. In-numru ta' talbiet dejjem jikber biex aktar anzjani jagħmlu perjodu ta' riabilitazzjoni f'dan l-isptar, hija xiehda tal-livell għoli tas-servizzi offruti, kompla jgħid il-Ministru tas-Saħħa.

F'dan l-isptar qiegħed ji'i organiżżat id-Dipartiment ta' Hotel Services li jinkludi Sigurt'�, Trasport, Tindif u Laundry. Ġie mwaqqaf ukoll kumitat tal-Health and Safety u ieħor ta' l-uniformijiet, it-tnejn immexxija mill-impjegati biex ji'u koordinati l-aspetti amministrattivi. Il-Management ta' l-Isptar kontinwament jitlob il-kummenti tal-pazjenti u l-qraba tagħhom biex ikun jist'� jsir titjib fis-servizz. Dan isir permezz ta' kwestjonarju li l-Management ta' l-isptar iqis bħala għodda mill-aktar importanti temm jgħid il-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow