Left arrow Go Back

ZJARA MILL-MINISTRU LAWRENCE GONZI F'POSTIJIET TAX-XOGHOL LI JIMPJEGAW PERSUNI B' DIZABILIT FL-OKKAZJONI TAL-GIMGHA TAL-PERSUNI B' DIZABILIT

PR1651
Date Icon 27/11/2000

Ghalkemm qed tikber il-kuxjenza favur l-impjieg ta' persuni b'dizabilit'�, ghad hemm hafna x'jista' jsir sabiex il-persuni b'dizabilit'� jinghataw aktar dinjit'� fid-dinja tax-xoghol. Dan qalu il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, Lawrence Gonzi, waqt zjara li ghamel lil tlett postijiet tax-xoghol fejn hemm jahdmu persuni b'dizabilita' fl-okkazjoni tal-Gimgha ghall-Persuni b'Dizabilit'� li din is-sena ser tiehu t-tema ‘Indaqs bix-Xoghol'.

Meta indirizza l-membri tal-media, il-Ministru Gonzi qal illi z-zjarat tal-llum juru bic-car li sar hafna progress f'dan l-qasam, imma turi wkoll li ghadna 'l boghod milli nilhqu dak li hu mixtieq. Huwa qal li hemm tlett sfidi partikolari li hemm bzonn niffacjaw.

L-ewwelnett, il-persuni b'dizabilt'� stess iridu jaghrfu l-potenzjal taghhom u jghinu lilhom infushom sabiex jizviluppaw it-talenti u l-hiliet taghhom sal-massimu possibbli. Ghandhom wkoll jfittxu li jinghataw trattament ugwali u jistinkaw sabiex jiksbu dak li hu taghhom bi dritt. Dan hu dak li tathom il-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilit'�) – ghodda li tghin lil persuni b'dizabilit'� jiksbu d-dinjit'� li hija taghhom bi dritt.

Min ihaddem ukoll ghandu bzonn jaghraf li persuni b'dizabilt'� hafna drabi mhumiex anqas minn haddiema bla dizabilit'� u li l-hiliet taghhom ghandhom jigu rikonoxxuti. Min ihaddem, spiss huwa mahkum minn biza' li tisfaxxa fix-xejn meta mbaghad jinghata impjieg lil persuna b'dizabilit'�, bir-rizultat li ma jkun hemm l-ebda bidla fil-produttivit'� u l-kompettitivt'� ta' l-azjenda. L-impenn sabiex issir enfasi fuq il-hiliet u mhux fuq in-nuqqas taghhom hija cavetta importanti jekk verament irridu li l-persuni b'dizabilit'� jkunu ndaqs bix-xoghol. Il-kollegi ta' persuni b'dizabilit'� fuq il-post tax-xoghol ukoll iridu jahdmu fuq il-pregudizzji taghhom, u jaghmulha facli sabiex persuni b'dizabilit'� fuq il-post tax-xoghol ma jhossuhomx sempliciment ittollerati, imma jgawdu l-istess ambjent tax-xoghol.

Fl-ahharnett, is-socjet'� ukoll trid taghmel sehemha billi jinholqu l-istrutturi necessarji halli noffru s-support li hemm bzonn biex il-persuni b'dizabilit'� li ghandhom bzonn l-ghajnuna jsibuha f'waqtha. Jiena perswaz li bil-hidma tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizaiblit'�, il-Korporazzjoni tax-Xoghol u t-Tahrig u organizzazzjonijiet ohra, inkluz dawk mhux governattivi, inkomplu nahdmu halli jkollna dawn l-istrututri u aktar persuni b'dizabilit'� jkunu verament Indaqs bix-Xoghol.

Dawn it-tlett sfidi, tenna l-Ministru Gonzi, huma sfidi reali li jolqtu lilna lkoll u li jekk ma jigux meghluba ma' jista' qatt noholqu socjet'� ghal kulhadd, socjet'� li fiha l-persuni b'dizabilit'� jhossuhom indaqs bix-xoghol.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow