Left arrow Go Back

L-ONOR. ANTOINE MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI, JAGHLAQ L-ASSEMBLEA GENERALI TAL-KUNSILL TA' L-ANZJANI F' DAR L-EMIGRANT

PR1650
Date Icon 27/11/2000

Fid-diskors li ghamel f'gheluq l-Assemblea Generali tal-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr. Antoine Mifsud Bonnici qal li s-Segretarjat Parlamentari fi hdan dan il-Ministeru ghandu certi objettivi precizi li jrid iwettaq fis-sena d-diehla u fis-snin ta' wara. Huwa qal li kien jistenna l-koperazzjoni u l-ghajnuna tal-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani biex id-Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Anzjani jirnexxielu jwettaq b'success il-programm li ghandu ppjanat.

Dr. Mifsud Bonnici qal li Gvern Nazzjonalista dejjem emmen li biex ikun jista' jiggarantixxi l-pensjonijiet prezenti u dawk futuri kien essenzjali li l-ewwel haga hi li jrid ikollna ekonomija b'sahhitha u soda. Huwa ghalhekk li l-gvern wettaq certi riformi fil-qasam ekonomiku – finanzjarju u qieghed inaqqas id-deficit tal-pajjiz. Izda m'hemmx dubbju li l-kwalita` gholja tal-hajja li qeghdin ighixu l-anzjani llum ma tiddependix biss mill-fatturi ekonomici u finanzjarji. Tiddependi wkoll mill-effettivita` u l-effikacja ta' dawk is-servizzi lill-anzjani li l-Gvern Nazzjonalista introduca fil-pajjiz mill-1987 'l hawn. Sensiela ta' servizzi li qeghdin jaghmlu uzu minnhom numru kbir t'anzjani u li f'hafna kazi jghinuhom biex ighixu hajja ahjar kemm jekk ghadhom ighixu fil-komunita' u kemm jekk qeghdin ighixu f'xi istituzzjoni.

Dr. Mifsud Bonnici semma li objettiv ewlieni ghad-Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Anzjani huwa li jkompli jestendi u jtejjeb dawn is-servizzi fil-komunita` biex b'hekk inkomplu nghinuhom jghixu fl-ambjent familjari. Il-ftuh ta' Day Centres godda ghall-anzjani jrid jiffacilita aktar il-partecipazzjoni u l-integrazzjoni tal-anzjani fis-socjeta'. Objettiv principali iehor huwa z-zieda ta' numru ta' sodod fi djar residenzjali ghall-anzjani, kemm dawk tal-gvern u kemm dawk privati. Dan irid isir billi tissahhah il-koperazzjoni u l-kollaborazzjoni mas-settur privat biex jigu pprovduti aktar servizzi residenzjali. Matul is-sena d-diehla, il-Ministeru ghall-Politika Socjali jrid jirrevedi r-regolamenti tad-Djar ta' l-Anzjani u qed tigi formulata ligi gdida apposta biex nassiguraw li f'kull dar ta' l-anzjani, l-anzjan ikollu livell ta' kura tajba u effikaci u li d-dinjita` tieghu tkun imharsa. Huwa mahsub ukoll li t-tahrig lid-diversi kategoriji ta' impjegati fil-qasam ta' l-anzjani jigi ntensifikat biex ikollna aktar nies imharrga u b'hekk is-servizz lill-anzjani jkun imtejjeb.

Fl-ahhar tad-diskors tieghu, Dr Mifsud Bonnici qal li biex iwettaq il-programm li ghandu d-Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Anzjani jkollu bzonn il-koperazzjoni tad-diversi ghaqdiet li huma nteressati fil-qasam ta' l-anzjani. Il-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani hija l-organizzazzjoni l-aktar importanti u influenti f'dan ir-rigward u Dr Mifsud Bonnici, waqt li rringrazzja lill-Kunsill li temm iz-zmien tieghu ghall-kontribut li ta, ghamel appell sincier lill-Kunsill il-gdid biex flimkien nahdmu halli nkomplu ntejjbu l-image ta' l-anzjan u tax-xjuhija f'pajjizna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow