PUNTI MID-DISKORS TA' L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, FL-OKKAZJONI TA' L-INAWGURAZZJONI TA' DWAL GHAL ZMIEN IL-FESTI FI TRIQ IR-REPUBBLIKA, IL-BELT VALLETTA
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech innota b'sodisfazzjon li wara li ħar'et is-sejħa pubblika li għamel il-Gvern rigward il-pro'ett għad-daħla tal-Belt kapitali tagħna, inkluż is-sit tat-Teatru Rjal, di''� hemm interess inkora''anti minn żviluppaturi li lesti jidħlu għal dan il-pro'ett.
Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li din kienet il-ħdax il-sena li l-Ministeru tiegħu permezz tal-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, kien qed jikkontribwixxi biex jittelgħu d-dwal tal-Milied fi Triq ir-Repubblika; dwal li jkomplu jkattru l-ispirtu ta' dawn il-jiem ta' festi.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li kulħadd jifhem l-importanza tat-triq prinċipali tal-kapitali tal-pajjiż. F'din it-triq qed isiru diversi investimenti kbar, l-aħħar fosthom is-sistema ta' dwal li kienet inawgurata 'imgħa ilu u li hi waħda state of the art. Il-Ministru Zammit Dimech tenna li l-Gvern se jkompli jaħdem biex itejjeb id-dehra tal-Belt filgħaxija biex hekk il-kapitali ta' pajjiżna ter'a' tattira lejha Maltin u turisti.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li min-naħa l-oħra wieħed irid jifhem li r-risorsi tal-Gvern huma limitati u li l-lista ta' pro'etti li hemm ix-xewqa li jsiru hi waħda twila ħafna. Hu semma li bħalissa qed jitwettaq xogħol fuq Misraħ l-Assedju l-Kbir fejn se jsir l-pavimentar mill-'did. Qed ikomplu l-pro'etti tar-restawr tal-Konkatidral ta' San Ġwann, tal-frescos ta' Paladini fil-Palazz, tal-Knejjes tal-Ġiżwiti u Santa Barbara. Beda x-xogħol ta' restawr fuq il-frescos tal-Knisja tal-Vitorja. Beda x-xogħol ta' restawr tal-monument ta' Vilhena filwaqt li qed ikunu riabilitat il-Ġnien King George V u qed ikunu upgraded is-Salinos Ground u partijiet minn Forti Sant'Jiermu.
'�as-sena d-dieħla, il-Gvern qed ikompli bix-xogħol ta' ristrutturar tal-Ġonna tal-Barrakka ta' Fuq u ta' Isfel, ta' Triq Teżorerija, se titkompla s-sistema tad-dwal fi Triq ir-Repubblika u Misraħ l-Assedju l-Kbir, se jkunu restawrati l-kampnar tal-Knisja tal-Ġiżwiti u l-Gardjola fil-Gnien ta' Hastings, filwaqt li se jsir upgrading tal-Mall.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-lista twila ta' xogħlijiet li twettqu u qed jitwettqu fil-Belt juri l-impenn ta' dan il-Gvern favur li l-kapitali ta' pajjiżna tissebbaħ u ter'a' tingħata l-importanza li jixirqilha.
Il-Ministru għall-Ambjent awgura li l-ista'un tal-festi jkun wieħed mill-aqwa sew għall-komunita` kummerċjali kollha kif ukoll għall-poplu in 'enerali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN