INIZJATTIVA BIEX JINGIEB 'L QUDDIEM IL-BEJGH U S-SUQ TAL-HUT FRISK F'MALTA
Il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd, l-Onorevoli Ninu Zammit illum assista għal inizjattiva biex ikompli ji'i mi'jub 'il quddiem il-bejgħ u s-suq tal-'�ut Frisk Malti fl-industrija tat-Turizmu. Dan il-ħut 'ie ppresentat mid-ditta Azzopardi Fisheries ta' San Pawl il-Baħar lix-Chef tal-Lukanda 5 Star Hilton.
Dgħajsa tradizzjonali Maltija daħlet simbolikament fil-port ta' Portomaso, u wara li nħatt il-ħut, dan 'ie pprezentat lix-Chef ta' din il-lukanda.
Il-Perit Ninu Zammit faħħar din l-użanza ta' bejgħ ta' ħut frisk direttament lill-istabbilimenti ta' l-ikel, u saħaq illi rridu naħdmu id f'id ħalli n'ibu 'l quddiem din l-industrija tas-sajd.
Il-Ministru Zammit qal ukoll li l-industrija tas-sajd għandha tkompli bl-impenn tagħha biex kontinwament tkun f'pozizzjoni li tforni lill-istabbilimenti ta' ikel bi provvista ta' ħut frisk bi prezz adekwat. B'hekk l-industrija tas-sajd tkun qed tagħmel parti minn ħafna elementi importanti li jsaħħu l-industrija tat-Turizmu, li hija l-ixprun ta' l-ekonomija ta' Malta.
Fost il-ħut li kien pprezentat, u li kien maqbud b'mod tradizzjonali minn sajjieda Maltin, kien hemm pixxispad, tonn, ċeren, denċi, mazzola, ħamiem, lampuki u king prawns.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN