Left arrow Go Back

IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA JINAWGURA SEMINAR RIGWARD L-ISTRATEGIJA GDIDA GHAS-SAHHA MENTALI

PR1634
Date Icon 24/11/2000

Bil-preżentazzjoni ta' l-abbozz għal strate'ija 'dida għas-Saħħa Mentali fil-komunit'�, il-Gvern qiegħed ikun konsistenti mal-manifest elettorali fejn kien wiegħed li "jer'a jagħti ħajja lir-riforma fis-saħħa mentali" biex naslu li l-kura tal-pazjenti tingħata "f'imkien qrib il-familji tagħhom u fil-lokalit'� li ilhom jafuha għomorhom".

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa, Louis Deguara, waqt seminar ‘Strategy for Community and Mental Health' organiżżat mill-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali b' kollaborazzjoni mat-team tal-Management ta' l-iSptar Monte Carmeli. Il-għan prinċipali ta' l-abbozz huwa li jpo''i għad-diskussjoni t-tfassil ta' strate'ija għall-introduzzjoni ta' servizz tas-Saħħa Mentali 'did u ko-ordinat fil-komunit'�.

Dan ma jfissirx, kompla l-Ministru Deguara, li sal-lum m'għamilna xejn f'dan il-qasam. Saru sforzi siewja fil-pro'ett pilota fir-re'jun ta' '�al Qormi, il-kontribut qawwi mit-team ta' Villa Chelsea, kif ukoll il-kontribut kbir tas-settur volontarju u ta' organiżżazzjonijiet non-governattivi.

'�adna 'l bogħod minn dak il-jum meta nkunu nistgħu ngħidu li għandna servizz tas-saħħa mentali fil-komunit'�, komprensiv, integrat, ħolistiku li lkoll nixtiequ naraw. Il-preżentazzjoni ta' dan l-abbozz huwa pass importanti fid-direzzjoni t-tajba biex nilħqu l-miri tagħna. Fis-snin li għaddew saru bidliet sinjifikanti f'dan is-settur u naqqasna ferm il-burokrazija amministrattiva bir-riżultat li llum għandna strutturi 'odda u ddefinejna rwoli u responsabiltajiet 'odda. B'hekk daħħalna aktar kontabilit'� u effiċjenza li ssarfu f'titjib fil-kwalit'� tas-servizz meta mqabbel mar-riżorsi eżistenti kompla jgħid il-Ministru Deguara.

Fl-istess ħin sostna l-Ministru Deguara, ttieħdu miżuri biex jgħola l-livell tas-servizzi u faċilitajiet offruti f'Monte Carmeli. Dan 'ie wkoll rikonoxxut dan l-aħħar mill-istess Ombudsman, meta stqarr li wara r-rapporti fil-media mhux talli ma sab xejn allarmanti, iżda sab titjib fuq dak li ra sena ilu. Dan hu ċertifikat tax-xogħol li kontinwament għaddej fl-isptar Monte Carmeli kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' awtonomija amministrattiva, kif wkoll pro'etti ta' moderniżżar ta' swali. Ingħalqet darba għal dejjem il-Ward 10 ta' l-ir'iel u magħha spiċċaw ukoll pratiċi antiki ta' kura mentali.

Hemm bżonn li kulħadd jifhem li meħtie' li nidbiegħdu kemm jista' jkun mill-kura kustodjanti tradizzjonali. B'dan f'moħħna qegħdin nippjanaw skema fejn xi pazjenti ji'u mħarr'a biex inaddfu bi ħlas. Dan ix-xogħol jagħti lura mill-'did l-istima lill-pazjent. Kura mentali moderna titlob għal iżjed infermiera speċjalizzati li trid iż-żmien biex tipproduċihom. Fin-nuqqas ta' dan irridu ninsistu dejjem fuq il-bżonn ta' taħri' kontinwu. Id-deċiżjonijiet tagħna jridu jkunu kollha ffokati fuq il-'id tal-pazjenti u mhux fuq interess personali jew settorjali, sostna l-Ministru Deguara. Il-viżjoni tagħna għall-futur ta' istituzzjonijiet tas-saħħa mentali għadha viċin ħafna ta dik iddikjarata mill-Bord Xjentifiku dwar ir-Riforma tas-Saħħa Mentali li kien twaqqaf fl-1994, ji'ifieri l-introduzzjoni ta' kura pprovduta minn timijiet multidixxiplinarji b'enfasi fuq kura personaliżżata. Dan jikkontrasta ferm mal-kura kustodjali. Hemm il-ħsieb li fil-futur pazjenti fi-swali ta' mard akut ji'u trasferiti fl-isptar il-'did biex ikunu viċin servizzi mediċi akuti oħra.

Il-Ministru Deguara sostna li kif joħro' mill-politika nazzjonali dwar is-servizzi tas-Saħħa Mentali publikat fl-1995, ma tistax tipprovdi servizz komprensiv sempliċiment billi tkompli tinvesti biss fis-settur akut. '�alhekk 'ie deċiz li tingħata spinta lill-aspett primarju tas-saħħa mentali. Il-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali waslet għal konklużjoni li qajla jista' kien hemm titjib sinjifikanti fl-isptar sakemm is-servizz fil-komunit'� li jilqa' l-pazjent wara li ji'i liċenzjat jibqa' daqshekk dgħajjef. '�alhekk is-sena l-oħra twaqqaf kumitat biex jiżviluppa strate'ija għal pjan realistiku biex ji'u ntrodotti servizzi ta' saħħa mentali fil-komunit'�.

Il-Ministru Deguara wera l-fehma tiegħu li s-servizzi li qed ji'u provduti f' dan l-abbozz huma komprensivi u ħolistiċi u se jkunu strumentali biex i'ibu bidla radikali fil-kura ta' pazjenti bi problemi ta' saħħa mentali. L-akbar sfida se tkun ir-riżorsi umani – psikolo'isti, terapisti, okkupazzjonali, ħaddiema soċjali, kustodji soċjali, infermiera, tobba tal-familja mħarr'a u psikjatri. Dawn barra li jridu jkunu mħarr'a iridu jkunu kapaċi li jagħrfu l-bżonn li jaħdmu bħala tijm.

Fl-aħħar tad-diskors il-Ministru Deguara irringrazzja kemm lill-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali, kif ukoll it-team tal-Management ta' Monte Carmeli għall-kollaborazzjoni bejniethom u għas-sens ta' proattivit'� li wrew biex fasslu din l-istrate'ija. Il-mod ta' kif ħadmu flimkien għandu jservi ta' eżempju għad-diversi professjonisti fil-qasam tas-saħħa mentali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow