PROGETT TA' TINDIF TA' RADAM FID-DWEJRA
Dalghodu nghata bidu ghal xoghol estensiv ta' tindif ta' skart tal-bini fid-Dwejra, Ghawdex. Din il-problema, li taf il-bidu taghha aktar minn ghaxar snin ilu, ser tigi rimedjata u z-zona tad-Dwejra ser tingieb ghall-istat naturali taghha meta jitlestew il-fazijiet kollha tax-xoghol programmat. Il-Ministeru ghal Ghawdex qed jiffinanzja l-ispejjez kollha relatati mat-tindif, garr u depozitu tal-materjal koncernat.
Id-Dwejra hija l-aktar maghrufa ghad-dehriet panoramici li toffri, filwaqt li ghandha importanza ekologika u kulturali li taghmilha importanti mhux biss fuq livell nazzjonali izda titqies bhala zona ta' importanza internazzjonali.
Din l-inizjattiva setghet issehh wara diversi laqghat, konsultazzjonijiet u hidma koordinata mill-Ministeru ghal Ghawdex, il-Ministeru ghall-Ambjent u s-Segretarjat Parlamentari fi hdan il-Ministeru ta' l-Intern, li hadmu wkoll mal-partijiet kollha koncernati sabiex dan il-progett jigi attwat. Dawn ix-xoghlijiet qed ikunu realizzati bil-koperazzjoni tas-sidien tal-barrieri fl-inhawi.
L-ewwel fazi tax-xoghol mistennija telimina ammont sostanzjali mir-radam li kien qed ikerrah id-dehra ta' l-irdum mill-partijiet l-aktar popolari tad-Dwejra. Fuq il-post, it-tindif qed jitmexxa minn ufficcjali tal-Ministeru ghal Ghawdex flimkien ma' ufficcjali tal-Environmental Management Unit ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Il-progett inghata bidu wara li fil-gimghat li ghaddew, inghelbu numru ta' problemi marbutin ma' proceduri amministrattivi relatati ma' xoghlijiet ta' dan it-tip. Dawn il-proceduri kienu bzonnjuzi sabiex jinghataw garanziji ghall-protezzjoni ta' l-ilma tal-pjan (water table) u biex l-operazzjoni titwettaq minghajr impatti negattivi fuq l-ambjent.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN