IL-MINISTRU LOUIS GALEA JINAWGURA L-"FIERA TAL-KTIEB"
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, waqt il-ftuh ufficjali tal-Fiera tal-Ktieb ghamel emfasi qawwija fuq l-importanza tal-qari u kif kemm it-tfal, kif ukoll l-adulti, ghandhom isibu iktar hin biex jaqraw. Il-ktieb, qal il-Ministru ghandu jitqies bhala ghodda ghall-gherf, izda wkoll bhala mezz ta' divertiment ghal kulhadd. Il-Ministru sostna li kemm fil hajja ta' kuljum, kif ukoll fix-xoghol u fl-industrija, kull ma jmur qed isir indispensabbli li wiehed ikun jaf jaqra u jikteb tajjeb. Ghalhekk kulhadd, u b'mod specali t-tfal, ghandu jara l-ktieb bhala c-cavetta ghall-futur u ghall-karriera.
Dr. Louis Galea fisser kif l-istitut il-gdid ghall-appogg fit-taghlim tat-tfal u l-genituri ser ikollu sehem specjali biex il-pajjiz jiggieled kontra l-illiterizmu u jsawwar l-imhabba ghall-qari. Il-Ministru qal li bdew jittiehdu l-mizuri biex tfal li jiltaqghu ma' diffikulta' fit-taghlim fl-iskola jinghataw attenzjoni specjali fil-programm "Hilti" waqt sessjonijiet li jsiru wara l-hin normali ta' l-iskola. L-istitut il-gdid ser jahdem biex joffri lil dawn it-tfal esperjenza ta' taghlim li tkun differenti minn dak li jsir fil-klassi filghodu. Il-programm ta' taghlim se jaghti kaz il-bzonnijiet partikolari ta' kull tifel u tifla. Flimkien mal-programm ghat-tfal, hemm programm "Id f'Id" ghall-genituri ta' dawn l-istess tfal. Minghajr il-partecipazzjoni tal-genituri l-edukazzjoni ta' l-ulied ma thallix il-frott mehtieg.
Il-Ministru Louis Galea sostna li l-Istitut ghandu l-mandat li jintervjeni sa mill-ewwel sena tal-Primarja biex jara li l-ebda tifel jew tifla ma jaqghu lura fit-taghlim.
Il-Fiera, li issa tinstab fis-sittax-il edizzjoni taghha, tigi organizzata bl-iskop li twassal messagg qawwi u pozittiv favur il-kotba u l-qari. Il-motto 'Poplu li jaqra -Poplu li jaf' gie maghzul ghaliex il-ktieb m'huwiex biss l-ghodda ghall-qari izda hu ghajn ghal kull gherf. Il-kotba ilhom madwarna ghal eluf ta' snin, izda illum qed naraw li l-informazzjoni qed tkun imwassla lilna f'forom differenti u bl-uzu ta' media differenti. Madankollu ma jidhirx li l-ktieb se jitlef postu fis-socjeta' taghna.
Kull tip ta' ktieb joffri taghlim lill min jaqrah u ghalhekk min jzur din il-fiera se jsib kull tip ta' ktieb minn kotba ghat tfal, ghal kotba akkademici, minn stejjer ghal kotba politici. Din il-fiera ghandha zgur tolqot b'mod personali lil kulhadd.
Fl-edizzjoni ta' din is-sena qed jiehdu sehem 33 esibitur flimkien mad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji. Dan id-Dipartiment ghal darb'ohra qed itella' wirja interessanti, li mhux biss tixhet dawl fuq it-tezori imprezzabbli mahzuna u merfugha fil-Biblioteka Nazzjonali, izda ukoll taghti taghrif dwar aspetti ta' certi Grajjiet Maltin.
Id-Dipartiment, wara li s-sena' li ghaddiet organizza wirja ta' gurnali Maltin, issa qed iniedi ktieb li jaghti taghrif dettaljat dwar il-gurnali bejn l-1798 u l-1900. Il-Pubblikazzjoni hi frott ir-ricerka tas-Sur Sergio Portelli u tax-xoghol ta' numru ta' nies ohra li taw il-kontribut taghhom. Din il-pubblikazzjoni giet sponsorizzata mil-kumpanija Alberta.
Il-"Fiera tal-Ktieb" se tkun miftuha mill-Hamis, 23 ta' Novembru sal-Hadd, 26 ta' Novembru 2000. Il-hinijiet tal ftuh se jkunu hekk:
Il-Hamis, 23 09:00 - 14:00 Il-Gimgha, 24 09:00 - 14:00
17:00 - 21:00 17:00 - 22:00
Is-Sibt, 25 09:00 - 13:30 Il-Hadd, 26 10:00 - 13:00
16:00 - 22:00 15:00 - 21:00
Matul il-Fiera, se jkun hemm programm ta' diskussjonijiet ta' interess li jinkludu 'Il-Poplu li Jaqra - il-Poplu li Jaf', 'X'futur ghandu l-ktieb vis-a-vis il-media awdjo-viziva' u 'L-Arkivji huma l-memorja nazzjonali tal-pajjiz?'. Se jsir ukoll qari ta' stejjer (Story Telling) ghat-tfal ta' bejn erba' u seba' snin. Ghal din l-okkazjoni kienu organizzati numru ta' kompetizzjonijiet ghat tfal li ghalihom kien hemm partecipazzjoni qawwija.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN