IL-BORD DWAR L-ILSIEN MALTI, MAHTUR MILL-MINISTRU TA' L-EDUKAZZJONI, IKOLLU LAQGHAT MA' L-GHAQDIET LI HUMA INTERESSATI FL-ILSIEN MALTI
Il-Bord dwar l-ilsien Malti, rikostitwit f'Lulju li ghadda mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, jixtieq jgharraf lill-pubbliku li bhalissa qieghed ikollu serje ta' laqghat ma' l-ghaqdiet li ghandhom interess fl-ilsien Malti biex ikun jista' jirrakkomanda lill-Ministru struttura permanenti ghall-ilsien Malti li jkollha l-aktar kunsens wiesa' possibli. Il-Bord fl-istess hin jixtieq jistieden lil min ihoss li jista' jaghti kontribuzzjoni fil-process ta' pjanifikazzjoni tal-lingwa biex iressaq il-hsibijiet tieghu lill-Bord biex dan ikun jista' jifforma kwadru li jinkorpora wkoll is-suggerimenti ta' individwi li jistghu jaghtu sehem fil-process.
Il-Bord dwar l-Ilsien Malti hu maghmul mill-Professur Albert Borg bhala Chairman, u mis-Sinjuri Manwel Mifsud, Gorg Mifsud Chircop u Olvin Vella bhala membri. Is-Sur Albert Callus hu s-segretarju tal-Bord.
Il-Bord inhatar mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni
biex jistudja l-problemi li qed ihabbat wiccu maghhom l-ilsien Malti,
biex ihejji l-istruttura mehtiega ghall-harsien tal-Malti, anke permezz ta' legislazzjoni, u
biex ifassal strategija xierqa biex il-Malti, element qawwi ta' l-identita' nazzjonali u l-ewwel mezz ta' kommunikazzjoni bejn il-Maltin, jafferma ruhu u jigi 'l quddiem skond pjan ta' zvilupp mahsub.
Il-Bord jista jigi kkuntatjat jew fuq in-numru tat-telefon 383849 jew permezz ta' fax numru 383831 jew bl-e-mailalbert.p.callus@magnet.mt
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN