KUMITAT FESTI NAZZJONALI: KOMPETIZZJONIJIET TAL-MILIED
Bħal kull sena, fil-granet tal-Milied, il-Kumitat Festi Nazzjonali, fid-Dipartiment tal-Kultura, se jniedi programm t'attivitajiet b'messa'' ta' hena u ferħ ghal kulħadd.
Din is-sena, bħal kull sena, se jittelgħu diversi programmi ta' varjet'� marbuta mal- 'ranet tal-Milied fil-Belt Valletta, kif ukoll programmi u marċi minn soċjetajiet muzikali fit-toroq ewlenin tal-Belt. L-attivitajiet jibdew nhar il-'�amis, 14 ta' Dicembru, 2000 u jibqgħu għaddejja sa nhar il-'�add, 31 ta' Dicembru, 2000.
Il-Kumitat Festi Nazzjonali jħabbar wkoll numru ta' kompetizzjonijiet li ghandhom x'jaqsmu ma' dawn il-festi, kif jidher hawn taħt:
KOMPETIZZJONI NRU 1 - PRESEPJI
L-ewwel It-Tieni It-Tielet
Premju Premju Premju
Kategorija A Presepju Mekkaniku Lm 110 Lm 70 Lm 40
Kategorija B Presepju Kbir Statiku Lm 90 Lm 60 Lm 35
Kategorija. C Presepju Żgħir Statiku Lm 35 Lm 30 Lm 25
KOMPETIZZJONI NRU 2 - TIŻJIN TA' TOROQ
Kategorija A Toroq Kummerċjali Lm 300 Lm 200 Lm 150
Kategorija B Toroq Oħra Lm 200 Lm 150 Lm 100
Kategorija C Faċċati ta' Każini,
Kunsill Lokali, Għaqdiet,
u Ċentri Ċiviċi Lm 150 Lm 100 Lm 75
Il-formoli ta' l-applikazzjonijiet u r-regolamenti għal kull Kompetizzjoni u Kategorija jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kumitat Festi Nazzjonali, Kamra 109, Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Floriana minn nhar il-Gimgha, 17 ta' Novembru, 2000.
L-applikazzjonijiet kollha għandhom jaslu sa mhux aktar tard minn nhar il-Gimgħa, 1 ta' Dicembru, 2000.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN