Left arrow Go Back

GĦOTI TA' ĊEKKIJIET TA' SUSSIDJU LIL BDIEWA LI JUŻAW SISTEMI NATURALI TA' KONTROLL BIOLOĠIKU MILL-MINISTRU TA' L-AGRIKULTURA U SAJD, IL-PERIT NINU ZAMMIT

PR1553
Date Icon 14/11/2000

Fil-'imgħat li 'ejjin, mistennija titressaq fil-Parlament Li'i 'dida li tikkontrolla l-importazzjoni, il-bejgħ u l-użu tal-Pestiċidi f'pajjiżna. Dan qalu l-Ministru ta' l-Agrikultura u Sajd, il-Perit Ninu Zammit waqt li kien qiegħed jagħti iċ-ċekkijiet tas-sussidju fuq l-ispejjeż lil numru ta' bdiewa li jużaw sistema naturali ta' kontroll bijolo'iku magħrufa bħala Integrated Pest Management.

Il-Ministru Zammit spjega li dan is-sussidju jingħata sabiex jinkora''ixxi lil bdiewa jużaw metodi li permezz tagħhom jitnaqqas l-użu tal-bexx. B'din is-sistema il-bdiewa jużaw insetti li, filwaqt li huma stess ma jagħmlux ħsara, jattakkaw lil dawk l-insetti li jieklu l-prodott li qed jitkabbar. B'hekk jonqos drastikament il-bżonn ta' l-użu ta' kimiċi.

Il-Ministru Zammit qal illi l-li'i l-'dida dwar il-pestiċidi hija maħsuba sabiex tipprote'i kemm lill-biedwi, kemm lill-konsumatur, kif ukoll lill-ambjent, mill-effetti ħżiena li jista' jkun hemm minn użu ħażin ta' kimiċi. Din il-li'i taħseb ukoll sabiex tara li l-ħxejjex u l-frott ma jkunx fihom livelli ta' kimiċi li jista' jkunu ta' periklu għal saħħet min jikkunsmahom.

Fl-aħħar, il-Ministru Ninu Zammit faħħar ix-xogħol li qed jagħmlu dawn il-bdiewa u awgura li iktar bdiewa jifhmu u japprezzaw l-importanza ta' kontroll fuq it-tipi, il-kwantitajiet u anki ż-żmien ta' l-użu ta' kimiċi fil-ħidma tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow