Left arrow Go Back

INAWGURATA ESIBIZZJONI DWAR PAPA PIJU IX F' GĦAWDEX

PR1530
Date Icon 08/11/2000

Papa Piju IX – '�ajtu u '�idmietu huwa l-isem ta' l-esibizzjoni dwar il-Fundatur tad-Djoċesi ta' Għawdex, inawgurata mill-Onor. Ministru għal Għawdex, Giovanna Debono nhar is-Sibt 4 ta' Novembru 2000, fis-sala ta' l-Esibizzjonijiet tal-Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Fran'isk, ir-Rabat.

Papa Piju IX kien bniedem ta' ħlewwa u qdusija kbira. Kien bniedem li ħabb lil Kristu u lill-Knisja tiegħu. Kien bniedem ragħaj, li fuq l-eżempju ta' Pietru mexxa l-bastiment f'serenita` ta' baħar kalm u fil-qilla tal-mew' għoli. '�adem bis-sħiħ għall-'id spiritwali ta' l-Italja, ta' l-Ingilterra, ta' l-Olanda, tal-Polonja, ta' l-Amerika ta' Fuq, ta' Burma, taċ-Ċina, tal-Ġappun u ta' l-Awstralja. Iżda għall-Għawdxin, Papa Piju IX huwa l-Papa li ta l-Indipendenza għal dik li hi s-sovranita` ta' Djoċesi għal Għawdex. Huwa l-Papa li laqa' t-talbiet ta' l-Għawdxin minkejja d-diffikultajiet u l-ostakli li tpo''ew minn dawk li kienu kontra li Għawdex ikollu rajh f'idejh. L-Għawdxin kienu ilhom iħossu l-bżonn li jinqatgħu djoċesi għalihom, dan saħansitra mill-1798, fejn mal-wasla u l-irvell li 'abu magħhom il-Franċiżi, Dun Saver Cassar wera l-ħtie'a li l-Għawdxin stess imexxu lil Għawdex tagħhom – kemm fil-qasam soċjali, kulturali, politiku u reli'już.

Iżda l-ħtie'a ta' Djoċesi maqtugħa għaliha ntlaqgħet biss wara li saret it-tielet talba uffiċċjali, din id-darba lill-Papa l-'did, il-Papa Piju IX, f'Ġunju ta' l-1855. Verbalment, il-Papa laqa' t-talba li saritlu dakinhar stess, u minkejja d-diffikultajiet assoċċjati mar-realta` soċjo-politika u reli'juża ta' dawk iż-żmenijiet, ta l-attenzjoni tiegħu bis-sħiħ għat-talba li kienet saritlu mill-Għawdxin. Dan sabiex fl-aħħar l-Arċipriet Buttigieg, ir-ragħaj pastorali taż-żew' parroċċi ewlenin tar-Rabat, 'ie maħtur l-ewwel Isqof tad-Djoċesi t'Għawdex fl-1864. B'hekk, Għawdex laħaq il-milja tax-xewqa spiritwali tal-poplu tiegħu.

"Għawdex fl-aħħar kien sar spiritwalment awtonomu, bil-kelmiet tal-Bulla Pontificia: Singulari Amore– imħabba partikolari. U hija propju l-imħabba partikolari li l-poplu Għawdxi għandu u jibqa' jkollu lejn dan il-Papa Beatu li hija manifestata fil-wirja tal-lejla. L-imħabba partikolari tal-Papa lejna li wasslet sabiex gżira żgħira bħal Għawdex tikseb l-awtonomija tagħha u taħtar ir-ragħaj spiritwali tagħha, għal popolazzjoni daqshekk żgħira meta mqabbla ma' gżejjer jew pajjiżi oħra – popolazzjoni li minkejja ċ-ċokon tagħha ta' kull sena tikkontribwixxi bis-sħiħ fit-tixrid u t-tisħiħ tal-fidi Nisranija madwar id-dinja". Hekk qalet l-Onor. Ministru għal Għawdex, Giovanna Debono waqt diskors qasir ta' l-okkażjoni hija u tinawgura din il-wirja li fiha hemm esibiti diversi o''etti, kwadri u dokumenti b'konnessjoni mad-Djoċesi t'Għawdex u b'mod partikolari, ma' Papa Piju IX. Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm ukoll l-E.T. Mons. Nikol Ġużeppi Cauchi, Isqof t'Għawdex, flimkien mal-Vigarju Ġenerali Mons. Giovanni B Gauci.

L-esibizzjoni hi miftuħa kuljum sa nhar is-Sibt 25 ta' Novembru 2000.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow