INIZJATTIVA GDIDA GHALL-PARTECIPAZZJONI AKBAR TA' NISA FID-DINJA TAX-XOGHOL
Sensiela ta' korsijiet ta' tahrig ghal dawk in-nisa li jkunu jixtiequ jirritornaw lejn id-dinja tax-xoghol, jew li jkunu jridu jiksbu l-hiliet necessarji ghal impjieg gew imnedija llum mill-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, Dr. Lawrence Gonzi. Dawn il-korsijiet li ser jibdew isiru fuq bazi regolari, qed jigu organizzati fuq inizjattiva tal-Ministeru ghall-Politika Socjali bil-kollaborazzjoni tal-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig u l-Ufficcju Centrali tal-Ko-operattivi.
Dawn il-korsijiet ser ikunu ta' hames gimghat li fihom jinghata tahrig f'diversi oqsma bhalma huma l-izvilupp personali, analizi tal-hiliet ezistenti, tahrig dwar kif jista' jinstab impjieg u kif tipprezenta' lilek innifsek waqt l-intervista, kif tqassam il-hin u kif tiehu hsieb li ma jinholoqx stress, kif wkoll metodi ta' kif tista' tikkomunika ahjar. Il-kors ma hux intiz sabiex jaghti hiliet specifici, imma huwa aktar immirat sabiex jibni l-kunfidenza personali l-aktar f'dawn in-nisa li ghal xi raguni jew ohra jkunu nqatghu mid-dinja tax-xoghol u allura jhossuha difficli sabiex jirritornaw.
Fil-fatt, wara li jkun tlesta dan il-kors, il-partecipanti ser jkunu jistghu jaghzlu minn tlett alternattivi. Jistghu jidhlu direttament fid-dinja tax-xoghol permezz tal-kisba ta' impjieg, jistghu jaghzlu li jippartecipaw go kors specjalizzat ta' tahrig li l-ETC ser torganizza specifikament ghal dan il-ghan, jew jistghu jinghaqdu flimkien u jifformaw koperattiva permezz tat-tahrig u l-appogg li ser jaghti l-Bord tal-Koperatttivi.
Fid-diskors tieghu, il-Vici Prim Ministru qal li permezz ta' din l-inizjattiva qed titwettaq wieghda ohra elettorali, li permezz taghha qed tkompli tithaddem il-politika tal-Gvern dwar il-gender mainstreaming. Ix-xejriet tas-suq tax-xoghol matul dawn l-ahhar tnax il-xhar qed jindikaw li hemm numru kbir ta' nisa li jixtiequ jidhlu u jippartecipaw fil-holqien tal-gid nazzjonali. Dan huwa sinjal tajjeb u ta' min jinkoraggih, tenna l-Ministru Gonzi, u ghalhekk l-istat irid jaghmel min kollox sabiex jiffacilita partecipazzjoni akbar tan-nisa. Fl-istess hin, huwa dmir tal-Gvern li jhares il-holqien tal-bilanc bejn il-karriera u d-dmirijiet tal-familja. Dan ser jigi ndirizzat f'dan il-kors b'tahrig specifiku fuq ‘time and stress management'.
Il-Ministru fahhar wkoll din l-inizjattiva li gabet flimkien tlett entitajiet tal-Gvern, il-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara, l-ETC u l-Bord tal-Koperattivi, sabiex bis-sinergija taghhom ikunu jistghu joholqu inizjattivi bhal dawn. "Inizjattivi bhal dan l-Empowerment Programme huwa ezempju konkret ta' dak li qed jissejjah active labour market policy, politika li tistimola persuni sabiex jidhlu f'impjieg".
In-numru ta' partecipanti f'kull kors ser jinzamm zghir sabiex tkun tista' tinghata attenzjoni individwali. Fl-ewwel kors ser jiehu sehem sittax-il mara li l-eta' taghhom tvarja bejn id-29 u t-58 sena. Hamsa minn dawn il-partecipanti jinsabu fuq ir-registru tad-disimpjieg, filwaqt li l-maggoranza l-kbira taghhom huma nisa' li qed jirritonaw lejn id-dinja tax-xoghol wara perjodu ta' assenza. Il-Ministru Gonzi sahaq fuq il-bzonn ta' inizjattivi simili u heggeg aktar nisa sabiex jiehdu l-inizjattiva u jippartecipaw f'dawn il-korsijiet.
Applikazzjonijiet ghall-partecipazzjoni ser jibqghu miftuha, u min ikun jixtieq jikseb aktar informazzjoni jew japplika huwa mitlub jikkuntattja lill-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara, jew jirrikorri f'wiehed mill-Job Centres tal-ETC. Informazzjoni tista' tinkiseb wkoll bl-e-mail fuq: info.msp@magnet.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN