PASS IEHOR FIL-PROCESS TAR-RIFORMA TAS-SERVIZZI TAS-SAHHA MENTALI
Id-Divizjoni tas-Sahha llum ghamlet pass iehor fil-process tar-riforma tas-servizzi tas-sahha mentali.
Mill-lum l-Erbgha, l-1 ta' Novembru, 2000, ir-responsabbilta' tar-rijabilitazzjoni socjali tal-morda fl-Isptar Monte Karmeli ghaddiet totalment f'idejn l-Occupational Therapy Department. Fi zmien li kien qed jigi negozjat il-ftehim dwar id-deployment tan-nurses, kien hemm qbil dwar dan mat-tliet Unions. Ir-rwol tan-nurses fis-Social Centre kellu jigi mghoddi kompletament lill-Occupational Therapists li gew mharrga bi spiza sostanzjali fl-Institute of HealthCare sabiex jaghtu sehem shih u aktar specjalizzat fir-rijabilitazzjoni. In-nurses kellhom jintbaghtu biex jaqdu d-dmirijiet propji taghhom fil-wards mal-morda.
Fil-fatt meta d-Divizjoni mplimentat id-deployment kif maqbul, hadet hsieb li tintroduci din il-mizura. Madankollu z-zewg infermiera inkarigati mis-Social Centre nghataw direttiva mill-Union li tirraprezentahom biex ma jiccaqalqux minn posthom u biex ikomplu jaqdu dmirhom fis-Social Centre. Id-Divizjoni stenniet bil-prudenza ghal aktar minn sitt xhur sabiex tipprevali ir-raguni. Id-Divizjoni llum kellha tiehu mizuri sabiex jidhol fis-sehh dak li hu fl-ahjar interess ghal morda, kif wara kollox kienu jaqblu wkoll it-tliet Unions li maghhom gie miftiehem id-deployment.
Minn dalghodu stess, inbdew attivitajiet mill-Occupational Therapy Department miftuha ghall-pazjenti kollha, u mhux ghal numru ristrett ta' morda kif kien qed jigri f'dawn l-ahhar sitt xhur, bhala rizultat tal-pozizzjoni intransingenti li hadu z-zewg infermiera tas-Social Centre fuq direttivi tal-Unionli tirrapprezentahom. Fil-fatt dalghodu gie organizzat loghob tat-tombla u wara nofsinhar, il-morda hargu ghal passiggata fil-kampanja. Kien hemm 54 marid li hadu sehem f' dawn l-attivitajiet.
Id-Divizjoni tas-Sahha tirringrazzja lill-infermiera tas-sehem shih li taw fir-rijabilitazzjoni socjali fis-snin l-imghoddija meta r-rijabilitazzjoni kienet ghadha mhux zviluppata daqs kemm hi llum. Fl-isfond tar-riforma ser inkomplu ninsistu li jsir l-ahjar uzu mir-rizorsi disponibbli skond il-kapacitajiet tal-professjonisti li jaghtu sehemhom fil-kura shiha tal-persuni bi problemi ta' sahha mentali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN