FOREIGN MINISTER OF LATVIA ON OFFICIAL VISIT TO MALTA
L-għarqa ta' 23 persuna li 'rat fit-30 ta' Ottubru, 1948, qrib il-bajja ta' '�ondoq ir-Rummien 'iet imfakkra nhar il-'�add, 29 ta' Ottubru, 2000, b'ċerimonja ħdejn il-monument li jfakkar din il-'rajja fl-Im'arr ta' '�awdex.
Din id-disgrazzja seħħet eżattament 52 sena ilu. Kien is-Sibt bil-lejl meta luzzu mgħobbi bil-passi''ieri, fosthom żew' pulizjotti u mara, flimkien ma' żew' membri ta' l-ekwipa'' telqu mill-Marfa għal Għawdex, minkejja l-maltemp u l-baħar qawwi. Meta waslu qrib '�ondoq ir-Rummien il-luzzu nqaleb, bil-konsegwenza li kienu biss erbgħa l-passi''ieri li rnexxielhom isalvaw, billi għamu sal-kosta.
Iċ-ċerimonja tal-bieraħ bdiet b'quddiesa b'suffra'ju għal dawk li għerqu u li 'iet ċċelebrata minn Mons. Karm Gauci, Arċipriet tal-Parroċċa ta' l-Għarb. Fi tmiem il-quddiesa, il-mistednin marru bil-katamaran fuq il-post tad-diżgrazzja fejn 'ew mitfugħa bukketti tal-ward mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal '�awdex, miċ-Chairman tal-Kumitat Festi Nazzjonali u Popolari, u mill-familjari tal-vittmi. Saret talba fuq il-post għal dawk li tilfu ħajjithom f'din id-disgrazzja.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN