Left arrow Go Back

IKOMPLI X-XOGHOL TA' IMMODERNIZZAR FL-ISPTAR MONTE CARMELI

PR1453
Date Icon 26/10/2000

Id-Divizjoni tas-Sahha ghadha kif approvat pjanti ghal sala fl-Isptar Monte Carmeli li ser tigi zviluppata biex tilqa' fiha l-prigunieri. Dawn il-pjanti tfasslu wara diskussjonijiet bejn id-Divizjoni u l-Facilit'� Korrettiva ta' Kordin.

Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta kien qieghed jiftah mill-gdid is-Sala 3A ta' l-irgiel fl-Isptar Monte Carmeli wara li fl-ahhar xhur sar xoghol intensiv ta' immodernizzar.

Il-Ministru tas-Sahha qal li matul l-ahhar sena sar diversi xoghol ta' immodernizzar fl-Isptar Monte Carmeli u fost l-ohrajn semma l-bdil tas-saqaf ta' Ward 6 tan-nisa, liema sala ser tinbidel f'Acute Admission Ward. Louis Deguara qal ukoll li qieghed isir xoghol ta' immodernizzar f'Ward 5 ta' l-irgiel fil-waqt li d-dahla ta' l-isptar inghatat dehra gdida.

Matul l-istess zmien, minbarra dan ix-xoghol ta' immodernizzar, kompla t-twettiq tar-riforma fis-sahha mentali fejn fost l-ohrajn inghata bidu ghal progett pilota fejn klijenti b'mard mentali qeghdin jinghataw xoghol bi hlas fl-isptar stess. Dan ix-xoghol barra li jghin biex itejjeb l-ghixien ta'dawn il-klijenti ghandu wkoll valur terapewtiku, filwaqt li wkoll jaghti dinjit'� lill-bniedem. Hu ttamat li minn diskussjonijiet li qed isiru mal-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig jitwaqqfu sheltered workshopsghal dawn il-klijenti. Hemm il-hsieb ukoll li f'dan il-progett ikun inkluz is-settur privat.

Louis Deguara qal li matul l-ahhar sena beda programm fejn studenti mill-iskejjel sekondarji qattghu gurnata fl-isptar flimkien mal-pazjenti bl-ghan li titnaqqas l-istigma fuq il-pazjenti rikoverati fl-isptar. Minn studju li sar irrizulta li 94% ta' l-istudenti li attendew bidlu l-opinjoni negattiva taghhom dwar il-pazjenti.

Ix-xoghol fis-sala 3A ta' l-irgiel kien jinkludi tibdil strutturali fejn giet installata sistema gdida ta' l-elettriku u ta' l-ilma. Inbidlu wkoll it-twieqi biex tigi facilitata ventilazzjoni ahjar fil-ward. Inholqot Common Area biex tilqa' fiha diversi attivitajiet, kemm dawk ta' Occupational Therapy, kif ukoll dawk rikreattivi.Din is-sala issa ghandha wkoll 14-il kamra b'sodda wahda f'kull kamra biex tigi provduta kura personalizzata.

Fi tmiem id-diskors tieghu l-Ministru Deguara fahhar lill-haddiema tat-taqsima tal-manutenzjoni ta' l-Isptar Monte Carmeli li wettqu x-xoghol kollu ta' immodernizzar u awgura li l-ambjent il-gdid ta' din is-sala jghin ukoll lill-impjegati f'din is-sala fit-twettiq tax-xoghol taghhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow