Left arrow Go Back

TLESTA L-EWWEL PROGETT BI PREPARAZZJONI GHALL-LOGHOB TAL-PAJJIZI Z-ZGHAR TAL-2003

PR1448
Date Icon 26/10/2000

Nhar il-Gimgha 20 ta' Ottubru, is-Segretarju Parlamentari fil Ministeru ta' l-Edukazzjoni, il-Perit Jesmond Mugliett, ghamel prezentazzjoni ta' cheque lill-President tal-Malta Volleyball Association, is-Sur Mangion, fil-prezenza tas-Sur Tony Bezzina, president ta' l-Assocjazzjoni Sportiva Hibernians.

Permezz ta' din il-prezentazzjoni, il-Malta Volleyball Association sejjrin jaqtghu d-djun akkumulati ghall-uzu tal-Padiljun ta' Kordin, jorganizzaw il-league tal-volleyball fl-istess Padiljun u jhallsu ghall-uzu ta' l-istess Padiljun minn din l-Assocjazzjoni ghas-snin 2001, 2002.

Minn naha taghhom l-Assocjazzjoni Sportiva Hibernians intrabtu li l-flus li qeghdin jircievu ghall-istess kirjiet jkunu investiti fil-bdil ta' l-art ta' l-istess Padiljun. Il-htiega li tinbidel din l-art ilha tinhass wara li diversi nhawi kienu nizlu u l-art ma baqghatx invellata perfetta.

Matul is-sajf li ghadda nbeda xoghol fuq l-istallazzjoni ta' l-art gdida. Fil-fatt inqala' t-tapit tal-lasktu li kien hemm, saru tiswijiet fuq is-sodda u kien stallat tapit gdid tal-lasktu. L-art stallata tista' tiehu fuqha loghobiet u kompetizzjonijiet internazzjonali. Fil-fatt hija ta' l-istess kwalita' li wiehed isib f'indoor halls internazzjonali, bhal dawk uzati fl-Olimpjadi ta' Sydney. Hu mistenni li l-Padiljun ta' Kordin ikun wiehed mill-facilitajiet li ser jospita l-loghob fl-2003.

B'din l-ghajnuna l-Malta Volleyball Association sejjrin jitnehhewlhom il-pizijiet tal-kirjiet u jikkoncentraw il-fondi taghhom fuq il-preparazzjoni tat-Teams Nazzjonali ghall-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar tal-2001 u l-2003.

L-istallazzjoni ta' art gdida sejra tassigura li t-teams tal-volleyball, handball, badminton u sportsiehor issa sejjrin ikollhom facilita' ta' l-aqwa kwalita' ghat-thejjijiet taghhom.

Fix-xhur li gejjin mistenni jkompli xoghol sabiex jitjiebu diversi facililtajiet bi thejjija ghall-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar tal-2003. Hu ppjanat li s-sena d-diehla jsiru tiswijiet sostanzjali fuq it-trackinternazzjonali fil-"Matthew Micallef St John" Athletic Track u tibdil ta' taghmir ta' scoreboards u diving fil-Pixxina Nazzjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow