IL-MINISTRU TAS-SAHHA INTERVISTAT FUQ STAZZJON TAR-RADJU PRIVAT DWAR IR-RIFORMI FIS-SERVIZZI TAS-SAHHA
"Minbarra riformi fil-management fl-Isptar San Luqa qed isiru sensiela ta' riformi ohra li fost l-ohrajn jolqtu lid-Dipartiment ta' l-Outpatients, id-Dipartiment tar-Radjologija, is-sezzjoni tal-porters, is-sezzjoni tat-tindif u t-teatri tal-kirurgija".
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, waqt intervista fuq stazzjon tar-radju privat.
Il-Ministru tas-Sahha qal li minkejja li r-rapport ta' l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha pogga s-servizzi tas-sahha ta' pajjizna fil-hames post minn 191 pajjiz, xorta jibqa' xi jsir. Permezz tar-riformi li qed ikunu implimentati huwa ttamat li s-servizz jibqa' ta' livell gholi izda jitwassal b'aktar efficjenza. Ghan iehor tar-rifomi hu li tinqata' l-hela li ghaliha sal-lum qieghed ihallas il-poplu mit-taxxi tieghu.
Louis Deguara qal li r-riforma fid-Dipartiment ta' l-Outpatients ghandha l-ghan li fost l-ohrajn jibdew jinghataw appuntamenti f'hin fiss u mhux kif jigri sal-lum fejn il-pazjenti jinghataw appuntament kollha fl-istess hin. Hu kompla jghid li fil-klinici fejn bdiet tithaddem is-sistema gdida ta' appuntamenti nkiseb ir-rizultat mixtieq u l-ilmenti mill-pazjenti naqsu ghal kwazi xejn. Is-success ta' din ir-riforma jiddependi wkoll minn tibdiliet strutturali li jridu jsiru f'dan id-dipartiment. F'Gunju li ghadda gew approvati l-pjanti li fuqhom ser isir ix-xoghol ta' kostruzzjoni u immodernizzar.
Ir-riforma fid-Dipartiment tar-Radjologija diga' bdiet taghti l-frott taghha qal il-Ministru Deguara, tant li l-appuntamenti ghall-mammografija nizlu minn hames xhur ghal medja ta' 12-il gurnata. Il-kazijiet urgenti qed ikunu moqdija fi zmien 24 siegha. Bhalissa qieghed isir studju wkoll biex il-filmati ta' l-X-rays jibdew isiru b'mod komputerizzat u ghalhekk bhal ma gara fil-files ta' l-istorja tal-pazjenti ma jibqghux jidhlu ilmenti li l-X-ray ikun intilef.
Studju iehor qieghed isir dwar l-operat tat-teatri ta' l-operazzjonijiet. Dan ghandu jwassal biex jigu introdotti skedi ta' kirurgija li jzidu l-efficjenza tat-teatru, kif ukoll jghollu l-motivazzjoni tal-professjonisti koncernati u specjalment jaghtu servizz ta' l-oghla kwalit'� lill-klijenti taghna. Barra minn dan huwa mahsub li tigi introdotta sistema kompjuterizzata u centralizzata tal-booking ghall-operazzjonijiet. Din is-sistema, barra milli toffri izjed trasparenza, tizgura trattament ugwali bazat fuq prioritajiet specifici u toffri mod ta' kif it-teatru jista' jigi utilizzat b'izjed efficjenza.
Lousi Deguara qal li l-Gvern huwa determinat li jimplimenta dawn ir-riformi ghax huwa konvint li mir-rizultati taghhom ser jiggwadanja l-poplu kollu, filwaqt li jitrazznu l-hela u l-inefficjenza. Hu bizzejjed li wiehed ihares lejn l-istorja ta' success li kellna fir-riforma tal-laundry biex wiehed jikkonvinci ruhu dwar il-htiega ta' dawn ir-riformi. F'din is-sezzjoni biss, b'aktar efficjenza u bil-holqien ta' koperattiva tal-haddiema, il-poplu qed jiffranka aktar minn Lm400,000 fis-sena filwaqt l-ilmenti fuq bjankerija ta' l-isptar nieqsa jew mahmuga spiccat ghal kollox.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN