Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GHAL GHAWDEX TINAWGURA WIRJA TA' XOGHOL FIT-TAFAL "CLAY: 2000" MILL-ARTIST GHAWDXI GEORGE VELLA

PR1434
Date Icon 25/10/2000

Clay:2000 huwa l-isem tal-wirja ta' xogħol fit-tafal mill-artist Għawdxi George Vella, inawgurata mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, nhar is-Sibt, 21 ta' Ottubru, 2000, fis-sala ta' l-Esibizzjonijiet tal-Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Fran'isk, ir-Rabat.

Waqt diskors qasir ta' l-okkażjoni, il-Ministru għal Għawdex stqarret li "din l-esibizzjoni li qed nagħtu bidu għaliha llejla hija waħda tassew interessanti u ta' min jinkora''iha, mhux biss għaliex it-tafal huwa materjal jew riżors naturali għalina imma għaliex permezz ta' l-arti fil-fuħħar u fit-tafal, l-istorja tista' ti'i dokumentata b'mod mill-iktar kreattiv. Żgur li ma nistgħux insejħulha ‘invenzjoni' in-narrazzjoni permezz ta' xogħol fit-tafal għaliex huwa propju permezz ta' dan il-medium, fost oħrajn, li l-ewwel bniedem ħalla wirt storiku għal dawk ta' warajh".

Il-Ministru Debono tenniet li "matul dawn l-aħħar snin, George Vella re'a' ta spinta lill-arti tiegħu billi re'a' għażel it-tafal bħala l-medium li permezz tiegħu ried jaħdem u jesperimenta. Għalhekk hawn illejla qegħdin nassistu għall-ftuħ uffiċċjali ta' din il-wirja ta' kreattivita` u imma'inazzjoni li hija ċertament esprezzjoni ħajja ta' diversi aspetti mill-ħajja tagħna l-Maltin u l-Għawdxin".

Filwaqt illi ferħet lil George Vella tal-biċċiet ta' l-arti esibiti, il-Ministru għal Għawdex ħe''et lilu u lil artisti oħrajn sabiex jibqgħu jissoktaw fl-espressjoni kreattiva tagħhom.

Esibiti fil-wirja hemm madwar 50 biċċa ta' l-arti. L-esibizzjoni hi miftuħa kuljum, sa nhar il-'�add, 5 ta' Novembru, 2000.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow